Laqgha Generali Straordinarja ghat-T.R.S.C.
Il-Kumitat tat-Tarxien Rainbows Supporters Club iddecieda li jsejjah Laqgha Generali Straordinarja ghall-membri tas-Supporters Club li ser issir nhar il-Hamis 18 ta' Marzu 2010 fis-7.00pm fil-Kazin tat-Tarxien Rainbows.
Din il-laqgha ser issir sabiex jigi approvat l-Statut tal-Ghaqda li jrid jidhol fis-sehh wara li jigi approvat waqt Laqgha Generali. Dan l-Statut diga kien diskuss u approvat kemm mill-Kumitat tat-TRSC kif ukoll mill-Kumitat Centrali.
Matul din il-laqgha ser jigu diskussi wkoll xi punti ohrajn importanti. Inheggu lill-Membri taghna sabiex jattendu ghal din il-laqgha kif ukoll nitolbuhom sabiex iheggu lil dawk is-Supporters li ghadhom mhux membri biex jattendu ghal din il-laqgha kif ukoll jissiehbu maghna.
Aktar fixtures mill-MFA
L-MFA habbret aktar fixtures tal-Kampjonat Premier tal-MFA kif ukoll tas-Semi-finali tat-tazza tal-Anniversarju tal-100 sena mill-ewwel kampjonat Malti. Il-Fixtures li gejjin tat-team ta' Tarxien Rainbows huma dawn:
Il-Gimgha | 12 ta' Marzu 2010 | 7.30pm | BOV Premier League | Qormi | vs | Tarxien Rainbows | Victor Tedesco Stadium |
Is-Sibt | 20 ta' Marzu 2010 | 4.00pm | BOV Premier League | Tarxien Rainbows | vs | Birkirkara | Hibernians Stadium |
L-Erbgha | 24ta' Marzu 2010 | 8.00pm | NLAC 100- Semi Final | Tarxien Rainbows | vs | Valletta | National Stadium |
Tarxien Rainbows vs Sliema Wanderers 0 - 2 (0 - 1 HT)
Sliema Wanderers telgħu fit-tielet post taċ-Championship Pool bi 18-il punt meta huma għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor ta’ 2-0 biex permezz ta’ dawn it-tliet punti huma laħqu lil Qormi fil-klassifika.
M’hemm l-ebda dubju li l-Wanderers kienu l-aħjar tim matul dawn id-90 minuta u hekk kif kellhom vantaġġ doppju, huma għarfu jikkontrollaw dan il-vantaġġ biex akkwistaw tliet punti li permezz tagħhom ħallew xaqq ta’ dawl fit-tama tagħhom li jikkwalifikaw għal xi kompetizzjoni Ewropea.
Għat-tim immexxi minn Mark Marlow, kien hemm neqsin Josef Mifsud u John Mintoff, li kienu qed jiskontaw logħba sospensjoni, filwaqt li għar-Rainbows kien nieqes, għall-istess raġuni, Denni Rocha Dos Santos, li kien qed jitlef l-ewwel logħba staġjonali tiegħu u m’hemm l-ebda dubju li n-nuqqas tiegħu nħass ferm fit-tim Tarxiniż speċjalment fl-azzjonijiet offensivi fejn huma rarament impenjaw lil Simon Agius.
Bħal ma kien il-każ fil-logħba ta’ qabel, anke din intlagħbet f’maltemp qawwi fejn l-aktar li ħalla effett kien ir-riħ qawwi li beda jonfoħ, u biż-żewġ timijiet isibu diffikultà biex iżommu pussess tal-ballun, fl-ewwel taqsima ftit li xejn assistejna għal azzjonijiet denji ta’ nota.
L-ewwel azzjoni tal-logħba kienet tal-Wanderers meta fl-għaxar minuti, Ryan Mintoff naqas li jikkontrolla l-ballun, f’nofs il-grawnd, biex Jean Pierre Mifsud Triganza seta’ javvanza bla problemi u fi tliet kwarti ta’ grawnd qassam fuq ix-xellug lejn Clayton Failla li wara li kkontrolla, fajjar xutt minn tarf il-kaxxa li David Cassar salva b’diffikultà. Iżda, fit-23 minuta, l-istess Cassar wettaq żball li permezz tiegħu l-Wanderers fetħu l-iskor. Minn freekick mix-xellug mogħti minn Ryan Fenech, in-numru 12 Tarxiniż laħaq qabel kulħadd iżda hekk kif niżel mal-art, tilef il-kontroll tal-ballun li spiċċa f’saqajn LUCIAN DRONCA li minn erba’ passi bogħod xeħet ġewwa.
Ir-reazzjoni tar-Rainbows issarfet f’daqqa ta’ ras ta’ Manuel Caruana fit-33 minuta minn freekick ta’ David Camilleri li għaddiet tħakkek mal-wieqfa fuq il-lemin tal-gowlkiper Sliemiż, Simon Agius, li matul din l-ewwel taqsima ftit li xejn kien imdaħħal fl-azzjoni. L-aħħar azzjoni ta’ din it-taqsima waslet mat-tokki tal-45 minuta meta xutt fil-baxx, minn tarf il-kaxxa, ta’ Justin Grioli kien salvat b’diffikultà minn Agius.
Il-Wanderers ma setgħux kellhom bidu aħjar tat-tieni taqsima meta wara biss 15-il sekonda huma għamlu l-iskor 2-0. Kien JULIO ALCORSE li b’azzjoni personali daħal fil-kaxxa Tarxiniża u b’xutt mill-viċin ma ta l-ebda ċans lil Cassar isalva. Dan il-gowl qata’ saqajn ir-Rainbows li dehru mifxula u mingħajr ideat u dan wassal lil kowċ Noel Coleiro biex iwettaq sostituzzjoni doppja meta Kurt Magro u Gianluca Calabretta ħadu post Steven Sadowski u Andrew Decesare rispettivament.
L-ewwel azzjoni tagħhom matul din it-taqsima waslet, fis-67 minuta, meta minn korner ta’ Camilleri, id-daqqa ta’ ras tas-sostitut Ryan Grech għaddiet tħakkek mal-mimduda. Żewġ minuti wara kien hemm xutt fil-baxx ta’ Anderson Mendes Ribeiro li għadda jħakkek mal-wieqfa fuq ix-xellug ta’ Agius, biex fuq in-naħa l-oħra kien hemm azzjoni personali ta’ Ivan Woods, fil-71 minuta, fuq il-lemin u mill-kross tiegħu Failla wasal tard qabel seta’ jifta’ l-ballun ġewwa meta kien kompletament żmarkat quddiem Cassar.
Aktar ma beda għaddej is-saħħa tar-riħ aktar bdiet iżżid fil-qawwa tagħha u dan wassal biex iż-żewġ timijiet sabuha diffiċli biex jikkontrollaw il-ballun u din kienet waħda mir-raġunijiet li fl-aħħar parti tal-logħba ftit li xejn kellna azzjonijiet denji ta’ nota. Fid-79 minuta, kien hemm kontrattakk Slimiż b’Woods iħabbat il-ballun ma’ Failla fuq ix-xellug iżda x-xutt tiegħu minn tarf il-kaxxa għadda jħakkek mal-wieqfa fuq ix-xellug ta’ Cassar, biex minuta wara xutt mil-lemin ta’ Alex Muscat ta l-impressjoni tal-gowl meta l-ballun spiċċa max-xibka ta’ barra.
Sat-tmiem il-Wanderers komplew jikkontrollaw il-vantaġġ doppju bir-Rainbows ma jirnexxielhomx joħolqu xi forma ta’ periklu lejn il-lasta ta’ Agius biex b’dawn it-tliet punti t-tim imexxi minn Marlow kompla jittama li jkompli bl-isfida tiegħu għal pożizzjoni aħjar.
Tarxien Rainbows: David Cassar, Steven Sadowski (Kurt Magro 54'), Manuel Caruana, David Camilleri, Everton Antonio Pereira, Anderson Mendes Ribeiro, Mark Tanti (Ryan Grech 66'), Andrew Decesare (Gianluca Calabretta 54'), Luke Vella Critien, Ryan Mintoff, Justin Grioli
Sliema Wanderers: Simon Agius, Alex Muscat, Ian Azzopardi, Ryan Fenech, Jean Pierre Mifsud Triganza (Mark Scerri 57'), Clifford Gatt Baldacchino, Ivan Woods, Lucian Dronca, Julio Alcorse (Noel Turner 88'), Pedro Dos Santos Calcado (Amadeo Mercieca 92'), Clayton Failla
BOV Player tal-Partita: Ivan Woods (Sliema Wanderers)
Tarxien Rainbows igeddu il-kuntratt tal-Coach Noel Coleiro
Fl-laqgha tal-kumitat li saret kmieni din il-gimgha gie deciz li Tarxien Rainbows ser igeddu b'sena ohra il-kuntratt tal-Coach Noel Coleiro.
Dan ifisser li l-kuntratt ta' Noel Coleiro mal-klabb tar-Rainbows gie imgedded sal-ahhar tal-istagun 2010-11. Coleiro kien iffirma l-ewwel darba ghal-sentejn mal-Club ta' Hal Tarxien fl-istagun 2007-2008, liema stagun il-klabb taghna kiseb il-promozzjoni ghal-Kamjonat premier bhala champions tal-ewwel divizjoni. Fit-tieni stagun il-klabb irnexxielu jzomm postu fil-Kamjonat Premier ghal-ewwel darba fl-istorja u il-kumitat iddecieda li jgedded il-kuntratt ta' Coleiro ghal-stagun iehor.
Dan l-istagun huwa wiehed ta' success kemm ghall-Noel Coleiro u ghal-Kalbb tar-Rainbows fejn sahansitra kiseb post mal-ewwel sitta fil-klassifika biex b'hekk qieghed jilghab fic-Championship Pool. Filwaqt li nirringrazzjaw lil Coleiro tas-successi li wettaq fil-klabb taghna nawgurawlu biex ikollu stagun iehor tajjeb bhal ma kellu sa issa.
Tarxien Rainbows vs Valletta 2 - 6 (2 - 3 HT)
Valletta laħqu lil Birkirkara fil-quċċata tal-klassifika meta fil-Hibs Ground huma għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor kbir ta’ 6-2 biex b’hekk din kienet l-ewwel rebħa tagħhom fuq ir-Rainbows f’dan il-kampjonat. Il-Coach belti Ton Caanen kellu jghaddi minghajr l-attakant mill-Kamerun Njongo Priso li kien sospiz filwaqt li l-kowc tar-Rainbows Noel Coleiro nizel bl-ahjar formazzjoni possibli.
Il-logħba mill-ewwel kellha bidu aggressiv, tant, li fit-tielet minuta l-Beltin fetħu l-iskor. Minn kross mil-lemin ta’ Terence Scerri, kien hemm ħarġa ħażina ta’ Anthony Curmi u JORDI CRUIYFF ħataf l-okkażjoni u b’daqqa ta’ ras xeħet il-ballun fix-xibka. Ir-reazzjoni Tarxiniża kienet waħda mmedjata u fl-ewwel attakk tagħhom, huma għamlu l-iskor indaqs. Denni Rocha Dos Santos żmarka lil Mark Tanti li iżda xxuttja f’Andrew Hogg, bil-ballun jispiċċa f’saqajn ANDREW DECESARE li b’xutt mill-ewwel għamel l-iskor 1-1.
Fis-17 il-minuta ir-Rainbows kellhom iwettqu l-ewwel sostituzzjoni meta Lee Galea dahal minflok l-imwegga Ryan Mintoff. Fit-23 minuta, minn kross mil-lemin ta’ Roderick Briffa, Scerri antiċipa lil Cruiyff u Curmi salva bla tbatija. Biex man-nofs siegħa logħob, il-Beltin reġgħu marru fil-vantaġġ. Pass ta’ Briffa lejn TERENCE SCERRI li b’Curmi joħroġ jagħlaq l-anglu, b’lob intelliġenti xeħet il-ballun fix-xibka. Minkejja dan, fis-37 minuta r-Rainbows reġgħu għamlu l-iskor indaqs meta Dos Santos żmarka lil ANDREW DECESARE li imita lil Scerri u b’lob qabbeż il-ballun minn fuq il-gowlkiper ta’ Valletta, Andrew Hogg.
L-azzjonijiet għal din l-ewwel taqsima ma waqfux hawn, tant, li fil-41 minuta, Valletta ingħataw penalty meta Decesare deher imiss il-ballun b’idu, biex mill-11-il metru JORDI CRUIYFF ma falliex.
Wara biss 50 sekonda tat-tieni taqsima, ir-referi Paul Caruana ordna t-tieni penalty iehor għall-Beltin meta ġġudika lil Everton Antonio Pereira kien ġibed fil-kaxxa lil Scerri, biex mill-11-il metru JORDI CRUIYFF ma falliex u għaqqad il-hat-trick personali. Fit-53 minuta, kienet il-lasta l-wieqfa li ċaħdet lil Scerri milli jagħmel l-iskor 5-2 wara korner mix-xellug ta’ Kevin Sammut, biex minn hawnhekk il-Beltin, filwaqt li komplew jamministraw il-vantaġġ tagħhom, b’aktar attenzjoni setgħu komplew ikabbru l-vantaġġ.
L-aħjar ċans wasal, fil-75 minuta, meta Curmi salva parzjalment ix-xutt ta’ Terence Scerri, bil-ballun jispiċċa f’saqajn Kevin Sammut iżda t-tentattiv tiegħu kien maqlugħ minn fuq il-linja fatali minn Justin Grioli. Fis-86 minuta, il-Beltin skorjaw il-ħames gowl tagħhom meta Steven Sadowski u Lee Galea tfixklu bejniethom biex is-sostitut Dyson Falzon ħa l-ballun u qassam lejn l-Irlandiż DECLAN O’BRIEN li b’xutt mill-ewwel bil-lemin għeleb lil Curmi. L-istess DECLAN O’BRIEN kabbar l-iskor għal 6-2, fid-89 minuta, meta minn kross mil-lemin ta’ Gilbert Agius, b’daqqa ta’ ras għeleb lil Curmi.
Tarxien Rainbows: Anthony Curmi, Steven Sadowski, Manuel Caruana, David Camilleri, Everton Antonio Pereira, Anderson Mendes Ribeiro (Luke Vella Critien 68'), Mark Tanti (Gianluca Calabretta 51'), Andrew Decesare, Denni Rocha Dos Santos, Ryan Mintoff (Lee Galea 17'), Justin Grioli
Valletta: Andrew Hogg, Steve Borg, Steve Bezzina, Luke Dimech, Kenneth Scicluna, Jamie Pace, Gilbert Agius, Jordi Cruiyff (Declan O’Brien 74'), Terence Scerri (Dylan Grima 82'), Roderick Briffa (Dyson Falzon 79'), Kevin Sammut
BOV Player tal-Partita: Terence Scerri (Valletta)
Floriana vs Tarxien Rainbows 1 - 4 After Extra Time (0 - 1 HT)
Fl-unika logħba bejn żewġ timijiet tal-Kampjonat BOV Premier, Tarxien Rainbows għelbu lil Floriana bl-iskor ta’ 4-1, logħba li fiha kellna erba’ tkeċċijiet, tlieta għall-Greens u waħda għar-Rainbows. Tarxien Rainbows hadu il-partita f'idejhom mill-bidu kif ukoll baqghu l-ahjar team fil-ground minkejja li kienu b'10 minn nies ghal-hin twil. Huma pattew qares ghall-okkazzjonijet li tilfu ghaliex setaw ghalqu il-partita hafna qabel.
Wara biss sitt minuti l-Greens resqu qrib li jiftħu l-iskor meta Christian Caruana fetaħ fuq il-lemin lejn Ryan Darmanin li x-xutt tiegħu fuq il-ġirja għadda jħakkek mal-wieqfa fuq il-lemin ta’ David Cassar. Biex żewġ minuti wara kienu r-Rainbows li fetħu l-iskor. ANDERSON MENDES RIBEIRO rċieva ballun fuq ix-xellug u hekk kif daħal fil-kaxxa fajjar xutt preċiż li ħalla lil Bernard Paris iħares bil-ballun jispiċċa fir-rokna tax-xibka. Fil-15 il-minuta kienu Tarxien li regaw resqu vicin meta Dos Santos qassam lejn Ribeiro li konkluda barra.
Sa tmiem l-ewwel taqsima ma kellna l-ebda azzjoni denja ta’ nota għajr frikik dirett ta’ Ribeiro fil-45 minuta li għadda jħakkek mal-wieqfa.
It-tieni taqsima kienet aktar movimentata u kienu Floriana li marru fuq l-attakk meta kellhom freekick tajjeb ta' Doffo li ghadda ftit gholi. Tarxien wiegbu b'girja tajba ta' Ribeiro izda il-konkluzjoni tieghu ghaddiet barra. Fil-51 minuta, Tarxien spiċċaw jilagħbu b’għaxar plejers meta Steven Sadowski ntwera t-tieni karta safra f’temp ta’ erba’ minuti wara foul fuq is-sostitut Clifton Ciantar.Minkejja dan l-iżvantaġġ numeriku kienu r-Rainbows li ħolqu l-aktar azzjoni perikoluża meta, fit-68 minuta, Mark Tanti rċieva ballun fuq il-lemin, u wara li qabeż zewg difensuri, minn quddiem Paris xeħet barra.
Tarxien komplew jafsu u kien Luke Vella Critien li mil-vicin naqas li jitfa gox-xibka wara pass tajjeb ta' Ribeiro. Floriana setaw gabu il-goal tad-draw permezz ta' Clifton Ciantar izda ix-xutt tieghu ghadda barra. Fl-84 minuta, Floriana ngħataw penalty għal foul ta’ Ryan Mintoff fuq Caruana, biex mill-11-il metru OROSCO ANONAM għamel l-iskor 1-1. Tliet minuti wara, Floriana wkoll spiċċaw jilagħbu b’għaxar plejers meta Julian Briffa ntwera l-karta l-ħamra wara foul ikrah fuq Kurt Magro f’nofs il-grawnd. Fil-ħin miżjud waslet it-tielet tkeċċija tal-logħba meta s-sostitut Victor Zlydarev kien muri l-karta l-ħamra wara li ta daqqa bil-minkeb lil Ryan Mintoff.
Fil-ħin barrani, kienu r-Rainbows li marru fil-vantaġġ permezz ta’ JUSTIN GRIOLI li fit-98 minuta temm azzjoni personali b’xutt minn madwar 20 metru li ħalla lil Paris iħares bil-ballun jispiċċa fir-rokna ta’ fuq. Erba’ minuti wara Floriana laqtu t-tielet tkeċċija tagħhom meta Orosco Anomam wettaq foul professjonali fuq Ribeiro. Min hawn il-quddiem rajna il-partita kollha f'idejn ir-Rainbows li sfruttaw il-vantagg ta' zewg players aktar.
Fit-tieni taqsima tal-hin barrani DENNI ROCHA DOS SANTOS b’xutt minn tarf il-kaxxa għamel l-iskor 3-1 filwaqt li fil-114 minuta ANDERSON MENDES RIBEIRO għamel l-iskor finali 4-1 meta xeħet il-ballun f’xibka vojta wara indeċiżjoni fid-difiża Furjaniża.
Floriana: Bernard Paris, Sacha Borg, Julian Briffa, Orosco Anonam, Brian Said (Clifton Ciantar 42'), Jermain Brincat, Pablo Doffo, Joseph Borg (Clyde Borg 54'), Stefan Lijeskic (Victor Zlydarev 73'), Christian Caruana, Ryan Darmanin.
Tarxien Rainbows: David Cassar, Steven Sadowski, Manuel Caruana, David Camilleri, Gianluca Calabretta (Luke Vella Critien 56'), Everton Antonio Pereira, Anderson Mendes Ribeiro, Mark Tanti (Kurt Magro 80'), Denni Rocha Dos Santos (Lee Galea 112'), Ryan Mintoff, Justin Grioli.
David Camilleri intervistat mill-website ufficjali tal-UEFA
Kmieni din il-gimgha, David Camilleri kien intervistat mill-website ufficjali tal-UEFA, il-uefa.com, fejn ta' diversi kummenti fuq il-karriera tieghu kif ukoll dwar kif jinsab mal-Club taghna ta' Tarxien Rainbows. Camilleri qal li hija xi haga sabiha ghall-karriera tieghu li dan l-istagun jghaqqad l-400 parita fil-kampjonat Malti kif ukoll li kien ta' sodisfazzjon li t-trasferiment tieghu ma' Tarxien Rainbows kien wiehed pjacevoli.
Il-Midfielder ta' 35 sena laghab mal-aqwa Clubs f'Malta fosthom Hamrun Spartans, Sliema Wanderers, Marsaxlokk, Hibernians u Valletta. Camilleri laghab ukoll 35 darba mat-team Nazzjonali u ghalhekk kien ikkusidrat bhala li ser jonqos mill-livell tieghu meta minn ma' Valletta ssieheb lil Tarxien Rainbows f'nofs l-istagun 2008-2009. Ma' Tarxien, Camilleri kellu sehem importanti hafna sabiex il-Club isalva mir-relegazzjoni l-istagun li ghadda kif ukoll dan l-istagun kiseb post fic-Championship Pool ghal-ewwel darba fl-istorja tal-Club.
David Camilleri qal li rebah kull unur li joffri il-Football Malti ma' diversi Clubs izda l-aktar wahda li ghadu jghozz hija l-ewwel unur ma' Hamrun Spartans fl-1991-1992 meta rebah l-FA Trophy kontra Sliema Wanderers meta kien ghadu f'eta zghira.
Dan l-istagun, Camilleri qal li ser jaghmel minn kollox biex jikseb aktar punti fic-Championship Pool avolja kontra timijiet iebsin hafna bhal Valletta, Birkirkara, Qormi, Sliema Wanderers u Hibernians izda ma jaqtax qalbu li Tarxien Rainbows ikomplu mexjin il-fuq u jiksbu post fl-Ewropa.
Poloz tas-Semi Finali tan-National League 100 Anniversary Cup
Daqs siegha ilu, waqt Press Conference fic-Centenary Hall tal-MFA, telaw il-poloz tas-Semi Finali tan-National League 100 Anniversary Cup. Tarxien Rainbows ser jilghabu f'din is-Semi Finali kontra il-leaders tal-kampjonat Valletta.
F'din it-tazza fadal erbgha timijiet li huma Valletta, Floriana, Tarxien Rainbows u Mosta. Il-partiti tas-Semi Finali ser jintlaghabu l-Erbgha 24 ta' Marzu 2010 filwaqt li l-finali tintlaghab l-Erbgha 31 ta' Marzu 2010.
Il-Poloz telaw hekk:
Inheggu lis-Supporters sabiex jattendu ghal din il-partita importanti.
Hamrun Spartans vs Tarxien Rainbows 2 - 2 (0 - 2 HT)
F'logħba mill-aktar missielta, Tarxien Rainbows u Ħamrun Sprtans qasmu zewg punti bejniethom meta spiċċaw fi draw 2-2. Ir-Rainbows kienu l-ahjar team fil-ground fejn iddominaw ghal hin twil izda fit-tieni taqsima meta tkecca il-goalkeeper David Cassar, Hamrun ghaml
u rimonta qawwija u setaw anka rebhu il-partita. Denni Rocha Dos Santos rega kien f'vena mill-aqwa meta ghamel hafna hsara lid-difiza hamruniza.
Il-kowċ tal-Ħamrun Steve D'Amato ma setax jilgħab lil Marcelo Pereira u Cucciardi li kienu sospiżi u Jonathan Holland li għadu imweġġa' filwaqt li Noel Coleiro kellu jghaddi minghajr Andrew Decesare li kien sispiz. Tarxien bdew tajjeb u kellhom l-ewwel azzjoni wara 4 minuti meta Mark Tanti rċieva through pass mil-lemin mingħand Ribeiro izda wahdu quddiem Ivan Casha tefa gholi. Żewġ minuti wara Tarxien marru fil-vantaġġ meta Ribeiro fetah lejn DENNI ROCHA DOS SANTOS li spara xutt fil-baxx u għeleb faċilment lil Ivan Casha.
Ħamrun wettqu reazzjoni b'xutt mil-lemin ta' Mawete imdawwar f'corner minn Cassar. Fl-14-il minuta kien Dos Santos li kkrossja mil-lemin b'Ribeiro jqassam lejn Mark Tanti bix-xutt ta' dan l-aħħar newtralizzat minn Casha. Żewġ minuti wara xutt ta' Dos Santos għadda jħakkek mal-lasta. Tarxien irduppjaw fil-25 minuta meta DENNI ROCHA DOS SANTOS irċieva pass tajjeb mingħand Tanti u baqa sejjer quddiem il-lasti sakemm gheleb lil Casha b'xutt fil-baxx. Hamrun resqu viċin li jnaqqsu d-distakk meta corner ta' Camoin kien ikklerjat minn fuq il-linja minn Sadowski fl-40 minuta u fil-ħin mogħti żejjed qabel il-mistrieħ Ribeiro kellu xutt minn barra l-kaxxa salvat f'darbtejn minn Casha.
It-tieni taqsima kienet storja
oħra u wara 57 minuta, Cassar għamel save mill-isbaħ fuq daqqa ta' ras tajba ta' Ian Zammit filwaqt li minuta wara kien Micallef li kellu daqqa ta' ras imxellfa għal corner. Fit-62 minuta, Ħamrun naqqsu d-distakk u daħlu sewwa fil-partita meta Micallef twaqqa' fil-kaxxa mill-goalkeeper ta' Tarxien David Cassar u r-referee Chris Lautier ordna penalty waqt li keċċa wkoll lil Cassar. Mill-ħdax il-metru IAN ZAMMIT għeleb lill-goalkeeper riserva Anthony Curmi li kien daħal flok Mark Tanti. Ħamrun bi plejer aktar issa komplew iżidu l-pressjoni u ħames minuti wara saħansitra anke ġabu d-draw meta minn pass perfett ta' Zammit, JOAO MAWETE tefa' fix-xibka mill-viċin.
Minkejja li kien b'ragel anqas Tarxien ma ddefendewx u hargu biex isibu il-goal tar-rebha. Kien Dos Santos li ghal darba ohra rega impenja sewwa lid-difiza hamruniza meta bil-harbiet tieghu kien spiss perikoluz.
Fit-89 minuta Gianluca Calabretta li dahal flok Ribeiro qabez zewg difensuri, dahal fil-kaxxa u twaqqa izda ir-referee ma ra xejn u halla il-loghob ghaddej biex b'hekk intemmet il-partita fi draw ta' 2-2.
Hamrun Spartans: Ivan Casha, Mark Anthony Bonnici, Rupert Mangion, Roderick Fenech, Manolito Micallef, Lee James Agius, Gatean Spiteri (Mark Barbara 90'), Martin Hrubsa, Joao Batista Mawete, Clyde Camoin, Ian Zammit.
Tarxien Rainbows: David Cassar, Steven Sadowski (Kurt Magro 69') , Manuel Caruana, David Camilleri, Everton Antonio Pereira, Anderson Mendes Ribeiro(Gianluca Calabretta 83'), Mark Tanti (Anthony Curmi 61'), Luke Vella Critien, Denni Rocha Dos Santos, Ryan Mintoff, Justin Grioli
BOV Player tal-Partita: Denni Rocha Dos Santos (Tarxien Rainbows)
Fixtures tat-Tieni Round tal-U-Bet FA Trophy
Ilbierah l-MFA habbret il-programm tal-Fixtures tat-Tieni Round tal-U-BET FA Trophy li ser jintlaghab is-Sibt 20 u il-Hadd 21 ta' Frar 2010.
Dawn huma l-erbgha partiti minn din il-kompetizzjoni:
Marsaxlokk kontra Hamrun Spartans u St. Patrick kontra Qormi ser jintlaghabu is-Sibt 20 ta' Frar fl-istadium nazzjonali fis-2.00pm u fl-4.00pm rispettivament filwaqt li Balzan Youths kontra Dingli Swallows u Floriana kontra Tarxien Rainbows ser jintlaghabu il-Hadd 21 ta' Frar fil-Hibernians Stadium fis-2.00pm u fl-4.00pm rispettivament.
Inheggu lis-Supporters sabiex jattendu ghal din il-loghba importanti.
Partiti mill-BOV Premier League Posposti
I
l-partiti li kienu ipprogrammati illum mill-BOV Kampjonat Premier fil-Hibernians Stadium bejn Floriana u Msida St. Joseph u bejn Hamrun Spartans u Tarxien Rainbows, gew imhassra minhabba il-kundizzjonijiet tal-ground.
Dawn iz-zewg partiti gew posposti ghal-nhar it-Tlieta 16 ta' Frar 2010 u ser jilghabu fl-istess hin izda fi ground differenti:
Nappellaw lil-partitarji biex jattendu il-ground halli naghtu appogg qawwi lit-team taghna f'din l-ahhar partita mit-tieni round.
National League 100 Anniversary Cup - Tarxien Rainbows vs Lija Athletic 2 - 0 (0 - 0 HT)
Tarxien Rainbows accertaw minn post fis-Semi Finali tat-Tazza tal-Anniversarju tal-100 sena mill-ewwel kampjonat Malti wara li ghelbu minghajr tbatija lill-Lija Athletic bl-iskor ta' 2-0.
Kienet loghba pjuttost monotona fl-ewwel taqsima bir-Rainbows jamministraw izda Lija Athletic, kif mistenni ghalqu tajjeb l-ispazji fid-difiza. Il-Coach Noel Coleiro halla barra diversi elementi fosthom Anthony Curmi, Ryan Mintoff, Manuel Caruana, Justin Grioli u Denni Rocha Dos Santos li minnflok laghbu David Cassar, Lee Galea, Luke Vella Critien, Kurt Magro u Gianluca Calabretta. Il-coach tal-Atletichs, Marco Gerada, li bhalissa jinsabu fl-ewwel post fit-Tieni Divizjoni nizel ghal din il-partita bl-ahjar formazzjoni possibli.
Fit-13 il-minuta Tarxien kellhom l-ewwel azzjoni permezz ta' harba ta' Gianluca Calabretta fuq il-lemin izda ix-xutt tieghu ghadda barra. Ftit tal-hin wara Andrew Decesare kellu ic-cans li jiskorja darbtejn minn quddiem il-goalkeeper ta' Lija Luke Bonnici, izda fl-ewwel okkazzjoni ix-xutt tieghu gie maqlugh minn difensur u fit-38 minuta fuq pass ta' Mark Tanti tefa' gholi. Zewg minuti qabel it-tmiem tal-ewwel taqsima, Tarxien resqu vicin li jifthu l-iskor meta minn freekick ta' David Camilleri, Luke Bonnici salva izda il-ballun habat mal-lasta u spicca corner. Mill-istess corner Lee Galea ittanta xortih b'xutt fil-baxx izda kien il-goalkeeper ta' Lija li rega salva tajjeb.
Fit-tieni taqsima ir-Rainbows hargu aggressivi biex igibu il-goal u eventwalment ir-rebha izda kien Lija li resqu vicin l-ewwel permezz ta' Antoine Sacco izda David Cassar kien attent. Tarxien fallew cans tad-deheb meta minn kross perfett ta' Mark Tanti, Anderson Mendes Ribeiro tefa barra minn posizzjoni ideali. Mir-Rainbows jattakaw, Lija bdew joperaw bil-kontrattakki u ittantaw il-lasti ta' Cassar minn xutt fil-baxx ta' Beppe Antignolo.
Fil-57 minuta Tarxien fethu l-iskor meta azzjoni personali ta' Luke Vella Critien li qabez zewg difensuri, dahal fil-kaxxa tefa kross izda gie iddevjat fil-lasti minn Jean Paul Scerri ghall-autogoal. Tarxien komplew jafsu u setaw irduppjaw meta minn kross ta' Mark Tanti, Ribeiro kellu ix-xutt tieghu imxellef minn difensur ghall-corner. Fil-71 minuta Lija ippruvaw igibu il-goal tad-draw permezz ta' Antoine Sacco izda ix-xutt potenti tieghu gie mdawwar ghal-corner minn David Cassar.
Fis-77 minuta Tarxien irduppjaw u ghalqu l-partita meta minn azzjoni minn fuq ix-xellug ta' Steven Sadowski li tefa kross lejn ANDERSON MENDES RIBEIRO u b'daqqa ta' ras preciza tefa fix-xibka. Minn hawn il-quddiem Tarxien komplew jamministraw il-partita sakemm ir-referee Adrian Azzopardi saffar it-tmiem il-partita ghal-skor ta' 2-0 favur ir-Rainbows.
Tarxien Rainbows: David Cassar, Steven Sadowski, David Camilleri (Manuel Caruana 81'), Gianluca Calabretta, Everton Antonio Pereira, Anderson Mendes Ribeiro, Mark Tanti, Andrew Decesare (Ryan Grech 46'), Luke Vella Critien, Lee Galea, Kurt Magro (Justin Grioli 70')
Lija Athletic: Luke Bonnici, Martin Camilleri, Michael Mangion, Antonio Saliba, Daniel Scerri, Antoine Sacco, Lydon Cilia (Matthew Schembri 59'), Jean Paul Scerri (Colin Ciantar 63'), Keith Darmanin (Andrea Spiteri 75'), Beppe Antignolo, Heathcliff Schembri
Tarxien Rainbows ufficjalment fic-Championship Pool
Tarxien Rainbows ufficjalment fic-Championship Pool ghall-ewwel
darba fl-istorja tal-Club. Dan sar peress li fit-tieni partita tal-bierah gewwa kordin bejn Sliema Wanderers u Floriana liema partita spiccat 3-0 favur it-team Slimiz.
Issa fil-klassifika Tarxien qeghdin jokkupaw is-sitt post b'hames punti vantagg fuq Hamrun Spartans u Floriana meta fadal biss loghba wahda biex jintemm dan ir-round. Dan ifisser li Tarxien ma jistawx jigu milhuqa minn Hamrun Spartans jew Floriana u ghalhekk assiguraw posthom fic-Championship Pool.
Nirringrazzjaw lil dawk kollha involuti wara dan is-success milhuqa mill-Club taghna.
Celebrazzjonijiet kbar wara ir-rebha fid-Derby
Wara ir-rebha tal-bierah kontra il-girien Hibernians u li kienet tfisser ukoll li Tarxien Rainbows qeghdin pass il-boghod biex ghall-ewwel darba fl-istorja ser jikkwalifikaw ghac-Championship Pool, folla numeruza ta' partitarji Tarxinizi ingabru fil-kazin sabiex jiccelebraw dan il-mument storiku.
Ftit tal-hin wara bdew jaslu il-players u hawn is-supporters infexxu f'kant u capcip ghal wirja kbira li taw matul il-partita kollha. Fic-centru tal-attenzjoni kien hemm ukoll il-wasla tal-President is-Sur Tony Cassar.
Hibernians vs Tarxien Rainbows 0 - 1 (0 - 1 HT)
Tarxien Rainbows jirbhu id-derby taghhom kontra il-girien Hibernians u jkomplu jsahhu posthom mal-ewwel sitta fil-klassifika. Kienet partita mistennija hafna kemm miz-zewg timijiet kif ukoll miz-zewg settijiet ta' Supporters li bil-kuluri taghhom imlew is-side rispettiva taghhom.
Il-partita kienet xi ftit nieqsa mill-azzjonijiet fejn rajna ghal hin twil lir-Rainbows bil-pussess tal-ballun izda ftit li xejn kienu perikoluzi. Fit-tieni taqsima it-team ta' Rahal Gdid ipprova johrog fuq l-offensiva izda ghal darba ohra rega sab lil Everton Pereira u Ryan Mintoff dejjem attenti ghal kull ballun.
Noel Coleiro, kowc ta' Tarxien kellu ghad-disposizzjoni tieghu kwazi il-players kollha ghajr ghall Warren Chircop li ilu imwegga. Minn-naha ta' Mark Miller kellu jghaddi minghajr Christian Callejjas li ukoll wegga fil-partita precedenti kontra Floriana.
Hibernians fethu tajjeb u wara 11 il-minuta loghob kellhom daqqa ta' ras tajba ta' Lopez De Pina izda il-ballun ghadda gholi. Minn hawn il-quddiem rajna il-ballun f'nofs il-ground izda rari l-attakanti kienu perikoluzi. Mat-30 minuta ir-Rainbows hadu ir-riedni f'idejhom u bdew jamministaw il-partita immexxija mill-veteran David Camilleri. Fit-34 minuta Denni Rocha Dos Santos ittanta xutt minn barra il-kaxxa izda il-ballun spicca stampat mal-minduda. Fis-46 minuta hekk kif il-partita kienet diehla fil-mistrieh, azzjoni bejn Justin Grioli u Dos Santos, b'dan tal-ahhar jidhol fil-kaxxa u jigi mwaqqa minn Christopher Camilleri bir-referee Marco Borg jordna penalty. Mill-hdax il-metru jinkariga ruhu l-istess DENNI ROCHA DOS SANTOS li tefa fuq il-lemin ta' Mario Muscat fost id-delirju ta' ferh tal-partitarji Tarxinizi.
Fit-tieni taqsima Tarxien regaw hargu fuq l-attakk u kienu perikoluzi minn cross-shot ta' Justin Grioli li ghadda ftit barra. Fil-56 minuta freekick dirett ta' David Camilleri, b'Mario Muscat isalva darbtejn. Hibernians ippruvaw johorgu izda kienu nieqsa mill-ideat u bdew jikkommettu diversi zbalji. Huma bdew joperaw minn fuq il-linji biex jitfaw diversi crosses fil-kaxxa izda id-difiza Tarxiniza kienet dejjem attenta.
Fis-78 minuta cross ta' Yan Cauchi lejn Lopez De Pina li b'daqqa ta' ras impenja lil Anthony Curmi. Sat-tisfira finali Tarxien gawdew mill-pussess tal-ballun u ammnistaw il-partita sal-ahhar. Din kienet rebha misthoqqa ghal Tarxien Rainbows u mixtieqa mill-partitarji fejn l-ahhar rebha fid-derby kontra Hibernians kienet waslet fil-1987.
Hibernians: Mario Muscat, Jonathan Caruana, Edward Herrera (Elkien Cauchi 45'), Adrian Pulis, Jonathan Pearson, Triston Caruana, Elton Morelato (Ben Camilleri 71'), Etienne Barbara, Andrew Cohen, Miguel Lopez De Pina, Christopher Camilleri (Yan Cauchi 45').
Tarxien Rainbows: Anthony Curmi, Steven Sadowski, Manuel Caruana (Kurt Magro 69'), David Camilleri, Everton Antonio Pereira, Anderson Mendes Ribeiro, Mark Tanti (Luke Vella Critien 79'), Andrew Decesare, Denni Rocha Dos Santos (Gianluca Calabretta 50'), Ryan Mintoff, Justin Grioli
BOV Player tal-Partita: David Camilleri (Tarxien Rainbows)
Poloz tat-Tieni Round tal-U-BET FA Trophy
Tarxien Rainbows ser jilghabu kontra Floriana fit-Tieni Round tal-U-BET FA Trophy wara li l-bierah ittellaw il-poloz waqt il-programm MFA Magazine. Din mistenni tkun l-aktar partita interessanti li ser ikun hemm f'dawn il-partiti peress illi huma l-uniku zewg timijet tal-Premier Division li ser jilghabu kontra xulxin
Dawn huma il-partiti kollha:
Dawn il-partiti ser jintlaghbu is-Sibt 20 u il-Hadd 21 ta' Frar 2010. Fil-Kwarti tal-Finali jiehdu sehem ukoll Hibernians, Valletta, Birkirkara u Sliema Wanderers li mistenni li jsir fit-3 u fil-5 ta' April.
Denni Rocha Dos Santos - BOV Player of the Month
Tarxien Rainbows Supporters Club tifrah lil Denni Rocha Dos Santos wara li gie
ivvutat mill-gurnalisti bhala l-aqwa player ghax-xahar ta' Jannar 2010.
Dan l-unur huwa it-tieni wiehed f'dan l-istagun ghal player Braziljan meta huwa rebah dan l-istess unur fix-xahar ta' Ottubru 2009. Fix-xahar ta' Jannar, Denni Rocha Dos Santos kellu sehem importanti hafna biex ghen lit-team ta' Tarxien Rainbows jikseb tlett rebhiet u draw fuq Valletta.
Denni skurja tlett goals fix-xahar ta' Jannar li kienu wiehed kontra Floriana, iehor kontra Sliema Wanderers u penalty kontra Qormi. Denni gie ivvutat bhal BOV player tal-loghba f'zewg partiti, dik kontra Qormi u dik tal-ahhar kontra Valletta.
Thank You Denni For Keeping Our Flag Flying High
National League 100 Anniversary Cup - Tarxien Rainbows vs Lija Athletic
Il-partita mil-Kwarti tal-Finali tan-National League 100 Anniversary Cup ser tintlaghab hekk:
L-Erbgha | 10 ta' Frar 2010 | vs | Lija Athletic |
| 2.00pm | Hibernians Stadium |
Filwaqt li nirringrazzjaw lis-Supporters tal-appogg qawwi li qed jaghtu lit-team fil-partiti tal-Kampjonat, inhegguhom sabiex ikomlu jissaportjaw lit-team fil-partita minn din il-kompetizzjoni importanti u fil-partiti tal-U-BET FA Trophy.
Tarxien Rainbows vs Valletta 2 - 2 (1 - 1 HT)
F’logħba mill-aktar pjaċevoli u interessanti, Valletta u Tarxien Rainbows ħadu punt kull wieħed fi draw ta’ 2-2 biex permezz ta’ dan il-punt il-Beltin telgħu fil-quċċata tal-klassifika b’punt vantaġġ fuq Birkirkara filwaqt li Tarxien Rainbows ikomplu jittamaw li jiksbu post fic-Championshi Pool.
Biż-żewġ settijiet ta’ partitarji jdoqqu l-banda, l-atmosfera fil-Hibs Ground kienet waħda simili għal dik li jkollna fil-festi tradizzjonali Maltin bil-kowċis rispettivi jsibu diffikultà biex jikkomunikaw mal-plejers tagħhom. Noel Coleiro, il-kowċ tar-Rainbows, filwaqt li laqa’ lura lil David Camilleri wara li skonta sospensjoni, hu
wa għażel li jħalli fuq il-bank tas-sostituti lil Gianluca Calabretta, li fl-aħħar logħbiet naqqas mil-livell li beda bih matul dan l-istaġun. Min-naħa tal-Beltin, Ton Caanen kellu nieqes lil Luke Dimech minħabba sospensjoni b’postu fid-difiża jieħdu Steve Borg, b’Edmond Agius jilgħab fil-pożizzjoni ta’ difensur laterali fuq in-naħa tal-lemin.
Ir-Rainbows ma setax kellhom bidu aħjar meta huma, wara biss 55 sekonda fetħu l-iskor. Wara azzjoni personali mal-lemin, Andrew Decesare ikkrossja għan-nofs fejn kien hemm ANDERSON MENDES RIBEIRO li d-daqqa ta’ ras tiegħu sabet lil Hogg barra minn postu bil-ballun jispiċċa fix-xibka.
Bħalma wieħed kien jistenna, il-Beltin mill-ewwel ipprovaw jwettqu reazzjoni iżda sabu lid-difiża Tarxiniża ferm kompatta mmexxija tajjeb minn Everton Antonio Pereira u Ryan Mintoff. L-ewwel azzjoni denja ta’ nota min-naħa tal-Beltin waslet fit-18-il minuta meta Terence Scerri daħal fil-kaxxa u hekk kif sab lil Justin Grioli quddiemu, huwa qassam lura lejn Njongo Priso iżda l-attakkant mill-Kamerun xeħet għoli. Fl-24 minuta kienu r-Rainbows li resqu qrib meta frikik ta’ Pereira minn madwar 35 metru kien imdawwar f’korner b’diffikultà minn Hogg.
Biex man-nofs siegħa logħob Valletta għamlu l-iskor 1-1. Wara azzjoni konfuża l-ballun spiċċa għand Roderick Briffa li xxuttja minn tarf il-kaxxa b’Anthony Curmi jsalva iżda ma jżommx, biex pront daħal bħal sajjetta TERENCE SCERRI li minn żewġ passi bogħod ma falliex. Dan il-gowl bħal donnu nissel biża’ fil-plejers tar-Rainbows u Valletta mill-ewwel ipprovaw jieħdu l-frott minn dan il-vantaġġ psikoloġiku meta fil-35 minuta kien hemm azzjoni ta’ Briffa mal-lemin li b’Curmi joħroġ jagħlaq l-anglu deher li kien sab ix-xibka iżda Ryan Mintoff laħaq fil-ħin biex ikklerja l-periklu minn fuq il-linja fatali. Din kienet l-aħħar azzjoni ta’ din l-ewwel taqsima li fiha l-Beltin, għalkemm kellhom aktar mil-logħob, m’għarfux isarrfuh f’azzjonijiet perikolużi filwaqt li r-Rainbows, ispirati minn wirja mill-aqwa ta’ Dos Santos, kienu perikolużi bil-kontrattakki.
Fit-tieni 45 minuta l-andament tal-logħba baqa’ fuq l-istess binarji fejn il-Beltin komplew bil-pussess tal-ballun filwaqt li r-Rainbows, b’difiża ferm solida, bdew jibnu attakki veloċi bbażati fuq Ribeiro u Dos Santos. L-ewwel azzjoni ta’ din it-taqsima waslet fl-64 minuta meta Priso qassam lejn Kevin Sammut fuq il-lemin li min-naħa tiegħu qassam lejn in-nofs fejn kien hemm Jamie Pace bix-xutt tal-plejer internazzjonali Malti jgħaddi jħakkek mal-mimduda. Fis-67 minuta reġa’ kien Priso li avvanza max-xellug u hekk kif wasal qrib il-kaxxa tar-Rainbows qassam lejn Gilbert Agius iżda l-’captain’ Belti tilef il-bilanċ bix-xutt tiegħu jispiċċa għoli.
Fit-72 minuta Caanen wettaq l-ewwel sostituzzjoni tiegħu meta Dyson Falzon ħa post Kevin Sammut, li xejn ma kellu wirja pożittiva. Mill-ewwel waslet it-tweġiba ta’ Coleiro li daħħal lil Kurt Magro minflok Mark Tanti. Bid-90 minuta dejjem aktar fil-qrib, iż-żewġ timijiet tilfu l-aspett tattiku li bdew bih din il-logħba fejn il-Beltin tefgħu kollox fuq l-attakk filwaqt li r-Rainbows komplew jissuddaw il-qoxra difensiva tagħhom.
Iżda fid-79 minuta l-Beltin marru fil-vantaġġ. Minn kross mil-lemin ta’ Falzon, Curmi ħareġ minn postu iżda Scerri laħaq qabel fuq il-ballun u minn fuq il-linja fatali JAMIE PACE skorja l-aktar gowl faċli li qatt seta’ jiskorja. Min ħaseb li dan kien il-gowl deċiżiv kien żbaljat għax minuta wara Tarxien għamlu l-iskor 2-2. Minn korner mix-xellug ta’ Dos Santos Hogg ippanċja l-ballun li spiċċa f’saqajn DAVID CAMILLERI u n-numru 5 Tarxiniż, b’xutt mill-ewwel bix-xellug tefa’ f’dellirju ta’ ferħ lill-partitarji tar-Rainbows.
Fit-82 minuta Valletta kien għoddhom reġgħu marru fil-vantaġġ meta Scerri temm azzjoni personali mal-lemin b’xutt fil-baxx mil-lemin li għadda jħakkek mal-wieqfa fuq il-lemin ta’ Curmi. Fid-89 minuta, minn kross ta’ Falzon, is-sostitut l-ieħor Jordi Crujff irnexxielu jixħet il-ballun fix-xibka b’daqqa ta’ ras mill-viċin iżda dan il-gowl kien imħassar mir-referi, Adrian Azzopardi, li minflok ordna frikik favur Tarxien wara li Crujff imbotta lil Pereira. L-insistenza Beltija kompliet anki fil-ħin miżjud ta’ din il-logħba iżda d-difiża Tarxiniża għarfet tiddefendi tajjeb biex is-suffara finali tar-referi tat punt kull wieħed liż-żewġ timijiet, riżultat identiku għal dak tal-ewwel rawnd.
Tarxien Rainbows: Anthony Curmi, Steven Sadowski, Manuel Caruana, David Camilleri, Everton Antonio Pereira, Anderson Mendes Ribeiro, Mark Tanti (Kurt Magro 74'), Andrew Decesare (Gianluca Calabretta 61'), Denni Rocha Dos Santos (Lee Galea 87'), Ryan Mintoff, Justin Grioli
Valletta: Andrew Hogg, Steve Bezzina, Kenneth Scicluna, Edmond Agius (Jordi Cruijff 81'), Jamie Pace, Gilbert Agius (Declan O’Brien 89'), Kevin Sammut (Dyson Falzon 72'), Terence Scerri, Roderick Briffa, Priso Doding
BOV Player tal-Partita: Denni Rocha Dos Santos (Tarxien Rainbows)
Qormi vs Tarxien Rainbows 0 - 2 (0 - 1 HT)
Il-ġlieda għall-post mal-ewwel sitta fil-klassifika tal-Kampjonat BOV Premier kompliet issir waħda mill-aktar interessanti meta Tarxien Rainbows għelbu lil Qormi bl-iskor ta’ 2-0 biex b’dawn it-tliet punti huma telgħu fis-sitt post b’21 punt filwaqt li l-Qriema baqgħu fit-tielet post b’29 punt.
Din kienet it-tieni rebha konsekuttiva għar-Rainbows biex ċertament l-aspettattivi tagħhom li jkomplu jisfidaw għal-post mal-ewwel sitta tkompli tizdied. Iz-zewg timijiet kellhom pedini importanti neqsin, fejn Qormi kellhom lil Massimo Grima u Keith Fenech filwaqt li Tarxien kellhom lil Gianluca Calabretta u David Camilleri kollha sospizi.
Fl-ewwel battuti ta’ dan il-konfornt, il-logħob kien wieħed ferm bilanċjat biż-żewġ difiżi jiddominaw kompletament lill-attakki avversarji. Fuq naħa Everton Antonio Pereira u fuq in-naħa l-oħra Ramon Dos Santos bdew imexxu ferm tajjeb lil sħabhom fid-difiża u ma bdewx jagħtu ċans, lil Alfred Effiong u Camillo Da Silva Sanvezzo fuq naħa u lil Denni Rocha Dos Santos u Anderson Mendes Ribeiro fuq in-naħa l-oħra, li jkunu perikolużi rispettivament.
Il-Qriema ippruvaw jieħdu f’idejhom il-pussess tal-ballun biex jitfgħu taħt pressjoni lill-avversarji tagħhom, iżda r-Rainbows ma tawx ruħhom b’mirbuħa u dehru tim ferm determinat li minn din il-logħba ma joħroġx b’idejh vojta. L-ewwel azzjoni tal-logħba waslet, fil-25 minuta, meta Dos Santos avvanza bil-ballun minn tliet kwarti ta’ grawnd u minn tarf il-kaxxa fajjar xutt li l-gowlkiper ta’ Qormi, Matthew Farrugia, dawwar f’korner. Zewġ minuti wara, kienu l-Qriema li marru qrib li jiftħu l-iskor meta Ryan Deguara rċieva through ball u għalkemm qabeż lil Anthony Curmi, huwa kien f’pożizzjoni kemmxejn angolata u pprefera jqassam għan-nofs lejn Sanvezzo iżda d-difiża tar-Rainbows ikklerjat il-periklu.
Fl-azzjoni sussegwenti, ir-Rainbows fetħu l-iskor. DENNI ROCHA DOS SANTOS irċieva l-ballun f’kontrattakk veloċi u wara li qabeż lil Roderick Sammut huwa daħal fil-kaxxa u hekk kif dar ukoll ma’ Ramon Dos Santos, dan tal-aħħar waqqgħu bir-referi, Kevin Azzopardi viċin l-azzjoni, ikun pront jordna penalti. Inkariga ruħu mill-11-il metru l-istess Dos Santos li b’xutt preċiż fil-baxx, fuq il-lemin ta’ Farrugia, tefa’ lit-tim tiegħu fil-vantaġġ. Lejn tmiem din it-taqsima il-logħba damet wieqfa għal madwar ħames minuti meta Farrugia, wara ħarġa li kellu fuq Ribeiro, weġġa’ jdejh u għalkemm fil-bidu kien maħsub li kellu jħalli l-grawnd, wara li ingħata l-assistenza medika, huwa żamm postu bejn il-lasta Qormija.
Fit-tieni 45 minuta, il-Qriema ħarġu ferm aktar aggressivi bit-tama li jagħmlu l-iskor indaqs malajr kemm jista’ jkun. L-ewwel azzjoni denja tagħhom waslet ,fis-57 minuta, meta Anthony Curmi ħareġ fil-ħin biex imblokka t-tentattiv ta’ Effiong. Tliet minuti wara, reġa’ kien Curmi li b’titjira spettakolari ċaħħad lil Joseph Farrugia meta salva f’korner ix-xutt tan-numru 11 ta’ Qormi.
Wara dan il-bidu aggressiv, il-Qriema battew mir-ritmu tagħhom biex ippermettew lir-Rainbows jikkontrollaw mingħajr wisq problemi. Bil-ħin dejjem kontra tiegħu, it-tim immexxi minn Jesmond Zerafa, deher nieqes mill-ideat fejn Alfred Effiong u Da Silva Sanvezzo xejn ma kienu fil-forma li rajnihom biha fl-ewwel parti tal-kampjonat. Anke l-aħħar żewġ akkwisti tagħhom, Matthew Bartolo u Stefan Giglio, xejn ma kienu effettivi tant li l-Qriema, fl-aħħar 20 minuta, bdew jużaw blalen fit-tul fit-tentattiv tagħhom li joħolqu xi periklu lejn il-lasta ta’ Curmi. Ir-Rainbows komplew jiddominaw kompletament in-nofs il-ground specjalment bil-captain Manuel Caruana u Mark Tanti f'forma mill-aqwa.
Fit-80 minuta, Qormi resqu viċin meta wara konfużjoni fil-kaxxa tar-Rainbows, il-ballun spiċċa għand Effiong li ttanta xortih b’rovexxjata minn nofs il-kaxxa bil-ballun jgħaddi jħakkek mal-mimduda biex tliet minuti wara kien hemm xutt ta’ Stephen Wellman li għadda ftit barra. Dak li m’għamlux Qormi għamluh Tarxien meta, fis-86 minuta, huma rdoppjaw biex taw id-daqqa mortali lill-Qriema. Kien Rocha Dos Santos li rċieva ballun fuq ix-xellug u huwa qassam tajjeb lejn MARK TANTI li wara li kkontrolla b’sidru, b’xutt bix-xellug fil-baxx għeleb lil Farrugia fost il-ferħ tal-partitarji tar-Rainbows.
Qormi: Matthew Farrugia, Jonathan Bondin, Stephen Wellman, Ramon Dos Santos, Roderick Sammut, Stefan Giglio, Joseph Farrugia, Matthew Bartolo, Ryan Deguara (Kenneth Spiteri 82'), Alfred Effiong, Camillo Da Silva Sanvezzo
Tarxien Rainbows: Anthony Curmi, Steven Sadowski (Kurt Magro 68'), Manuel Caruana, Everton Antonio Pereira, Anderson Mendes Ribeiro, Mark Tanti (Ryan Grech 92'), Andrew Decesare, Denni Rocha Dos Santos, Ryan Mintoff, Lee Galea, Justin Grioli
BOV Player tal-Partita: Denni Rocha Dos Santos (Tarxien Rainbows)
Poloz tal-Kwarti tal-Finali tan-National League 100 Anniversary Cup
Ilbierah filghaxija live waqt il-programm fuq Smash TV, MFA Magazine, telaw il-poloz tal-Kwarti tal-Finali tan-National League 100 Anniversary Cup. Tarxien Rainbows ser jilghabu dan ir-round kontra Lija Athletic li bhalissa jinsabu fl-ewwel post fil-klassifika tat-Tieni Divizjoni.
F'din it-tazza fadal tmien timijiet li huma 6 mill-Kampjonat Premier, wiehed mill-Ewwel Divizjoni u iehor mit-Tieni Divizjoni. Il-partiti tal-Kwarti tal-Finali ser jintlaghabu l-Erbgha 10 ta' Frar 2010.
Il-Poloz telaw hekk:
Tarxien Rainbows vs Msida St. Joseph 3 - 1 (1 - 0 HT)
Tarxien Rainbows kisbu l-ħames rebħa tal-istaġun meta fil-Hibernians Stadium huma għelbu lil Msida St. Joseph biex b’dawn it-tliet punti telgħu fis-seba’ post bi 18-il punt filwaqt li ħallew lill-Misidjani fil-post ta’ qabel tal-aħħar bi tmien punti.
Il-kowċ tal-Misidjani, Keith Gouder, għażel li jibda din il-logħba b’formazzjoni tattika ta’ 4-1-4-1 fejn fid-difiża kien hemm nieqes Tyrone Farrugia u Cedric Sciberras li kienu sospizi, filwaqt li f’nofs il-grawnd għamel ir-ritorn tiegħu Zoran Levnaic. Min-naħa tar-Rainbows, għat-tim immexxi minn Noel Coleiro kien hemm neqsin David Camilleri li kien qed jiskonta sospensjoni u Manuel Caruana li kien imwegga.
Fl-ewwel minuti tal-logħba ż-żewġ timijiet qagħdu jistudjaw lil xulxin biex b’hekk il-logħob żvolġa f’nofs il-grawnd bl-beda naħa ma toħloq azzjoni denja ta’ nota. Fil-fatt kellna nistennew sas-27 minuta biex assistejna għall-ewwel azzjoni offensiva li kienet tar-Rainbows meta xutt ta’ Ribeiro minn tarf il-kaxxa għadda jħakkek mal-wieqfa. Tarxien komplew jagħfsu u fit-33 miniuta huma fetħu l-iskor. Minn korner mil-lemin ta’ Calabretta, inħolqot konfużjoni fil-kaxxa Misidjana, b’Dos Santos imattar saqajh biex jipprova jixħet il-ballun ġewwa, iżda Roderick Baldacchino laħaq fil-ħin u kklerja l-ballun. Il-ballun spiċċa f’saqajn Ribeiro li mix-xellug dendel għan-nofs fejn kien hemm żmarkat ANDREW DECESARE li, wara li kkontrolla l-ballun, fajjar xutt minn tarf il-kaxxa ż-żgħira li ma ta l-ebda ċans lil Manuel Bartolo jsalva.
Ir-reazzjoni Misidjana ssarfet f’azzjoni perikoluża fl-40 minuta meta Zoran Levnaic kompla lejn Matthew Borda li ttanta xortih b’rovexxjata minn pożizzjoni ċentrali iżda Anthony Curmi tar minn tulu biex dawwar il-ballun f’korner fuq il-lemin tiegħu. L-aħħar azzjoni ta’ din it-taqsima waslet fil-45 minuta meta xutt ta’ Calabretta minn pożizzjoni angolata fuq il-lemin kien salvat b’diffikultà minn Bartolo bid-difiża Misidjana ttajjar il-periklu.
It-tieni 45 minuta mill-ewwel kellhom bidu aggressiv tant li wara biss 12-il sekonda, ir-Rainbows irdoppjaw. Denni Rocha Dos Santos minn tliet kwarti tefa’ ‘through ball’ li żmarka kompletament lil ANDERSON MENDES RIBEIRO li minn quddiem Manuel Bartolo b’xutt mil-lemin ma falliex. Dan il-gowl xekkel kompletament il-pjani ta’ Gouder bit-tim tiegħu jiżbilanċja ruħu u jħalli vojt kbir fid-difiża.
Fil-fatt, fid-49 minuta, f’kontrattakk veloċi, Calabretta rċieva ballun fuq il-lemin u wara li evita l-ħarġa ta’ Bartolo, tefa’ għan-nofs fejn kien hemm Ribeiro iżda d-daqqa ta’ ras tal-attakkant Brażiljan stampat mal-wieqfa. Żewġ minuti wara l-istess żewġ plejers reġgħu kienu protagonisti meta mil-lemin, Calabretta qassam lejn Ribeiro li pprova jixħet il-ballun ġewwa bit-takkuna iżda d-difensuri Misidjani tajru l-periklu.
Wara dawn iż-żewġ azzjonijiet, Msida bdew jipprovaw jagħtu ftit ordni fil-logħob tagħhom iżda minkejja dan huma rari heddew il-lasta ta’ Anthony Curmi, biex fis-66 minuta Tarxien għamluhom 3-0 u prattikament għalqu l-logħba. Minn korner mix-xellug tas-sostitut Justin Grioli, inħolqot konfużjoni quddiem il-lasta u ANDERSON MENDES RIBEIRO kien pront u b’daqqa ta’ ras minn ftit passi bogħod tefa’ l-ballun fix-xibka.
Fit-72 minuta Msida rnexxielhim jiskorjaw il-gowl ta’ konsolazzjoni meta f’kontrattakk veloċi, Miguel Ciantar qassam tajjeb lejn is-sostitut Adrian Farrugia li minn tliet kwarti ta’ grawnd qassam fil-baxx lejn EMILIANO LATTES li wara li qabeż lil Luke Vella Critien, minn pożizzjoni ferm angolata fuq ix-xellug għeleb lil Curmi b’xutt fil-baxx.
Fis-77 minuta Grioli mar ferm qrib li jniżżel ismu fost l-iskorers meta wara li rċieva l-ballun mingħand Rocha Dos Santos, ipprova jqabbeż il-ballun minn fuq Bartolo iżda t-tentattiv tiegħu għadda jħakkek mal-mimduda. Fit-83 minuta kien hemm azzjoni ferm sabiħa bejn Dos Santos u Ribeiro meta tal-ewwel, b’finta, żmarka lil Ribeiro li avvanza bil-ballun u hekk kif daħal fil-kaxxa qassam fuq ix-xellug lejn l-istess Dos Santos iżda x-xutt mill-ewwel tan-numru 17 Tarxinież kien salvat b’diffikultà minn Bartolo. Fl-aħħar minuti tal-logħba r-Rainbows għarfu jżommu l-kontroll tal-ballun bil-għan li ma jagħtux ċans lill-Misidjani joħolqu xi azzjoni denja ta’ nota.
Tarxien Rainbows: Anthony Curmi, Steven Sadowski, Gianluca Calabretta (Justin Grioli 61'), Everton Antonio Pereira, Anderson Mendes RIbeiro, Mark Tanti, Andrew Decesare (James Shead 92'), Luke Vella Critien, Denni Rocha Dos Santos, Ryan Mintoff, Lee Galea (Kurt Magro 71')
Msida St. Joseph: Manuel Bartolo, Lydon Micallef, Matthew Borda, Kevin Mifsud, Roderick Baldacchino, Iro Curmi (Joseph D’Amato 79'), Karl Ebejer (Adrian Farrugia 46'), Zoran Levniac, Emiliano Lattes, Miguel Ciantar, Wendell Gabriels (Andrew Formosa 53')
BOV Player tal-Partita: Anderson Mendes Ribeiro (Tarxien Rainbows)
Sliema Wanderers vs Tarxien Rainbows 4 - 2 (1 - 1 HT)
Tarxien Rainbows garbu telfa kontra Sliema Wanderers ta' 4-2, rizultatt negattiv izda prestazzjoni tajba ghat-team ta' Noel Coleiro, f'logħba li kienet maħkuma minn riħ qawwi u xi kultant ħalbiet tax-xita qawwija.
Għall-Wanderers għamel id-debutt tiegħu l-attakkant Arġentin Julio Alcorse li fil-ftit minuti li lagħab irnexxielu jniżżel ismu fost l-iskorers. Min-naħa tar-Rainbows, l-akkwist il-ġdid tagħhom Justin Grioli ukoll beda din il-partita fuq il-bank tas-sostituti.
Mis-suffara inizjali tar-referi,
Marco Borg, il-Wanderers ippruvaw jieħdu f’idejhom il-pussess tal-ballun għalkemm bir-riħ jonfoħ b’qawwa, il-kontroll tal-ballun kien wieħed diffiċli. Meta ż-żewġ timijiet kienu għadhom qed jistudjaw lil xulxin, fl-għaxar minuta r-Rainbows fetħu l-iskor. Everton Antonio Pereira ta' pass twil il-quddiem lejn Ribeiro u Clifford Gatt Baldacchino qassam il-ballun lura iżda Simon Agius kien barra minn postu u l-ballun spiċċa fix-xibka.
Ir-reazzjoni Slimiża kienet waħda mmedjata meta minuta wara huma resqu qrib li jagħmlu l-iskor indaqs meta xutt minn tarf il-kaxxa ta’ Pedro Dos Santos Calcado stampa mal-mimduda b’Curmi megħlub għal kollox. Il-pressjoni Slimiża kompliet iżżid fil-qawwa tagħha u, fil-25 minuta, huma għamlu l-iskor 1-1. Cross mil-lemin tad-difensur Josef Mifsud sab lest lil IVAN WOODS li b’daqqa ta’ ras ferm sabiħa antiċipa lid-difensur li kien hemm quddiemu u għeleb lil Curmi. Minuta wara, il-Wanderers setgħu marru fil-vantaġġ meta minn corner ta’ Calcado mix-xellug, kien hemm ħarġa ħażina ta’ Curmi iżda Gatt Baldacchino, bil-lasta kompletament vojta quddiemu, naqas li jikkontrolla l-ballun bid-difensuri tar-Rainbows jikklerjaw il-periklu. Sa tmiem l-ewwel taqsima ż-żewġ timijiet ippruvaw imorru fil-vantaġġ iżda sabu lil Simon Agius u Anthony Curmi attenti, biex l-ewwel taqsima ntemmet bl-iskor ta’ 1-1.
Fit-tieni taqsima, ir-Rainbows bdew tajjeb u wara erba’ minuti kien hemm azzjoni ta’ Denni Rocha Dos Santos li qassam lejn Anderson Mendes Ribeiro bix-xutt ta’ dan kien salvat b’diffikultà minn Agius. 
Iżda fl-ewwel azzjoni denja tagħhom, il-Wanderers marru fil-vantaġġ. Kien, fid-59 minuta, meta fil-kaxxa tar-Rainbows inħolqot konfużjoni b’Lee Galea jikklerja l-ballun ħażin li spiċċa f’saqajn Jean Pierre Mifsud Triganza li mix-xellug kkrossja fuq it-tieni lasta fejn kien hemm żmarkat PEDRO DOS SANTOS CALCADO li b’xutt fil-baxx bil-lemin għeleb lil Curmi, biex kien qed jiskorja l-gowl numru 200 ta’ dan il-kampjonat.
Tarxien ippruvaw iwettqu reazzjoni iżda, fit-63 minuta, it-tamiet tagħhom ħadu daqqa ta’ ħarta meta David Camilleri ntwera l-karta l-ħamra wara foul minn wara fuq Calcado. Fit-68 minuta, ir-Rainbows irnexxielhom isibu x-xibka b’daqqa ta’ ras ta’ Lee Galea minn freekick mil-lemin ta’ Grioli, iżda r-referi ordna freekick favur il-Wanderers. Fis-76 minuta, Agius dawwar f’korner xutt b’saħħtu ta’ Everton Antonio Pereira, biex fil-85 minuta, Grioli waqqa’ lil Mifsud Triganza fil-kaxxa u mill-11-il metru LUCIAN DRONCA ma żbaljax.
Minuta fuq il-ħin regolamentari Tarxien reġgħu daħlu fil-logħba bit-tieni gowl tagħhom li wasal b’xutt bix-xellug minn tarf il-kaxxa ta’ DENNI ROCHA DOS SANTOS, iżda żewġ minuti wara JULIO CESAR ALCORSE ssiġġilla r-rebħa tal-Wanderers bir-raba’ gowl b’xutt minn tarf il-kaxxa wara li rċieva l-ballun mingħand il-plejer tal-logħba, Mifsud Triganza.
Sliema Wanderers: Simon Agius, Alex Muscat, Ian Azzopardi, Josef Mifsud, Ryan Fenech, Mark Scerri (Clayton Failla 54'), Jean Pierre Mifsud Triganza, Clifford Gatt Baldacchino, Ivan Woods (Noel Turner 80'), Lucian Dronca, Pedro Dos Santos Calcado (Julio Cesar Alcorse 72')
Tarxien Rainbows: Anthony Curmi, Manuel Caruana, David Camilleri, Gianluca Calabretta (Justin Grioli 57'), Everton Antonio Pereira, Anderson Mendes Ribeiro, Mark Tanti, Andrew Decesare (Steven Sadowski 46'), Luke Vella Critien (Kurt Magro 82'), Denni Rocha Dos Santos, Lee Galea
BOV Player tal-Partita: Jean Pierre Mifsud Triganza
Justin Grioli jinghaqad ma' Tarxien Rainbows
Justin Grioli jinghaqad ma' Tarxien Rainbows F.C. b'self sal-ahhar tal-istagun minghand Valletta F.C. Dan huwa l-ewwel akkwist ghar-Rainbows matul dan ix-xahar ta' Jannar.
Justin Grioli huwa prodott tal-Valletta u libes il-flokk tal-belt ghal-93 darba. Huwa ghamel id-debutt tieghu fil-Kampjonat Premier fis-16 ta' Settembru 2005 fit-telfa ta' 3-1 kontra Sliema Wanderers F.C. Fl-istagun 2007-2008 huwa spicca rebah il-Kampjonat Malti u anka skorja 2 goals f'dan l-istagun. B'kollox huwa skorja 4 goals ma' Valletta F.C.
Grioli jifforma parti ukoll mil-iskwadra nazzjonali tal-Under 23. Fil-passat huwa kien jifforma parti mil-iskwadra tal-Under 21 fejn laghab 3 partiti. Nawguraw lil Justin Grioli il-kumplament tal-istagun tajjeb mat-team taghna.
Tarxien Rainbows vs Floriana 2 - 1 (1 - 0 HT)
Tarxien Rainbows laħqu lil Floriana fil-klassifika ġenerali bi 15-il punt wara li meritatament għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1. Kienet partita li fiha għalkemm wieħed stenna ċertu bilanċ, il-partita żvolġiet f’waħda mingħajr storja b’Tarxien Rainbows għal kollox superjuri bi Floriana jistenbħu biss fit-88 minuta wara li skurjaw il-gowl tal-bandiera.
Minkejja li għal Floriana reġa’ tfaċċa lura bħala kowċ Zoran Popovic u anke rkupraw xi plejers, il-logħob baqa’ ma tjiebx biex il-kowċ Serb għandu xogħol diffiċli quddiemu fit-tentattiv li jtejjeb il-prestazzjonijiet tat-tim tiegħu. Fiżikament u teknikament Tarxien Rainbows kienu aħjar u wara li t-tim immexxi minn Noel Coleiro fetaħ l-iskor wieħed jista’ jgħid li qatt ma kien hemm dubju dwar fejn kienet se tmur ir-rebħa.
Fl-ewwel ħdax irritornaw Julian Briffa u Pablo Doffo filwaqt li neqsin reġgħu kienu Roberto Brincat u Luke Agius. Min-naħa ta’ Tarxien Rainbows spikkaw għalihom il-plejers barranin, partikolarment l-attakkant Anderson Ribeiro, apparti logħba tajba wkoll għas-soliti David Camilleri u Gianluca Calabretta.
Il-partita kellha bidu kwiet bl-unika azzjoni denja, fl-ewwel 25 minuta, tasal mir-Rainbows fit-tmien minuta iżda Denni Rocha Dos Santos minn qagħda tajba kkonkluda ħażin bil-ballun jispicca barra. Fl-34 minuta, kien David Camilleri li kkonkluda barra minn freekick, bir-risposta Furjaniża tasal fl-40 minuta, iżda Sunday Wasiu kkonkluda ħażin wara through pass ta’ Ryan Darmanin.
Hekk kif l-ewwel taqsima kienet destinata li tintemm mingħajr gowls, Tarxien Rainbows kellhom ħsibijiet oħra għaliex marru fil-vantaġġ proprju fil-45 minuta. Kien David Camilleri li ta lejn Ribeiro li bit-takkuna kompla lejn DENNI ROCHA DOS SANTOS li wara li daħal fil-kaxxa b’konklużjoni djagonali għeleb għar-rokna lil Jovanovic fil-lasti Furjaniżi.
Għat-tieni taqsima minkejja li wieħed kien qed jistenna reazzjoni min-naħa ta’ Floriana, kienu Tarxien li reġgħu ħadu l-inizjattiva, tant, li żiedu l-vantaġġ, fid-49 minuta, b’ANDERSON MENDES RIBEIRO li kkonkluda minn tarf il-kaxxa wara li rċieva mingħand Mark Tanti.
Wara dan il-gowl Tarxien baqgħu l-aħjar fil-grawnd u resqu viċin, fl-74 minuta, iżda Jovanovic kien attent fuq konklużjoni bid-dawra ta’ Ribeiro, minuta wara Mark Tanti kkonkluda għoli. Fit-80 minuta, reġa’ kien Ribeiro li b’konklużjoni sabiħa laqat il-lasta l-mimduda, iżda kontra x-xejra tal-logħob Floriana daħlu fil-partita fit-88 minuta b’konklużjoni minn ċerta distanza ta’ RYAN DARMANIN li sab lil Curmi mhux attent.
Gowl li ħarbat lir-Rainbows bi Floriana viċin id-draw, fid-90 minuta, iżda din id-darba Curmi salva fuq l-istess Darmanin; intervjena r-referi Clayton Pisani li ra xi rregolarità u minn freekick indirett mill-kaxxa ż-żgħira ma rriżulta xejn mill-konklużjoni ta’ Wasiu biex minn dan il-konfront Tarxien ħadu dak li ħaqqhom.
Tarxien Rainbows: Anthony Curmi, Manuel Caruana (Warren Chircop 86'), David Camilleri, Gianluca Calabretta (Kurt Magro 77'), Everton Antonio Pereira, Anderson Mendes Ribeiro, Mark Tanti, Andrew Decesare, Luke Vella Critien, Denni Rocha Dos Santos, Lee Galea
Floriana: Goran Jovanovic, Duncan Pisani, Clifton Ciantar, Brian Said, Julian Briffa (Owen Bugeja 63'), Orosco Anonam, Pablo Doffo, Clyde Borg (Marlon Briffa 53'), Ryan Darmanin, Sunday Wasiu, Christian Caruana (Joseph Borg 80')
BOV Player tal-Partita: Anderson Mendes Ribeiro
Birkirkara vs Tarxien Rainbows 5 - 1 (1 - 0 HT)
Birkirkara saħħew it-tielet post fil-Kampjonat Premier u żammew il-pass mal-leaders, Qormi u Valletta fit-tieni post meta għelbu lil Tarxien Rainbows f'logħba mmovimentata mill-bidu sal-aħħar, u li kien fiha diversi goals u okkażjonijiet ta' skor. 
It-tim ta' Paul Zammit, Birkirkara kien qed jittama li jakkwista t-tliet punti kontra Tarxien Rainbows wara r-riżultati miksuba minn Qormi u Valletta, ġurnata qabel. Min-naħa tagħhom, Tarxien kienu wkoll qed jittamaw f'riżultat pożittiv f'dan il-konfront, wara r-rebħa li rnexxielhom jiksbu l-ġimgħa l-oħra kontra Dingli Swallows. Ghal-Birkirkara irritornaw il-players kollha fl-iskwadra wara li kellhom xi sospensjonijiet filwaqt li t-team ta' Noel Coleiro kellu jghaddi minghajr xejn anqas minn sitt players regolari.
Il-logħba damet ftit ma qabdet ir-ritmu u kellna nistennew sal-20 minuta biex waslet l-ewwel azzjoni denja ta' nota, meta cross ta' Sylvano Comvalius spiċċa ftit barra wara li David Cassar deher xi ftit inċert joħroġx jew le għall-ballun. Ftit wara, il-Karkariżi appellaw għall-penalty meta Comvalius deher jitwaqqa' fil-kaxxa. Iżda r-referee Saviour Tanti ħalla l-logħob għaddej.
Birkirkara iżda komplew jagħfsu u kellhom imorru fil-vantaġġ fit-32 minuta, meta cross ta' Comvalius spiċċa għand Cilia, li minn żewġ passi bogħod inkredibbilment, tefa' barra. Fil-35 minuta, l-istess Cilia kellu konklużjoni tajba mxellfa f'corner minn Cassar. Iżda minuta wara, il-pressjoni Karkariża ssarrfet f'goal meta minn corner ta' Buhagiar, NIKOLA VUKANAC għola tajjeb u b'daqqa ta' ras mill-isbaħ xeħet fix-xibka.
L-azzjonijiet ma naqsux, u fl-40 minuta, Comvalius kellu daqqa ta' ras tajba, li ġiet salvata minn Cassar. Fl-44 minuta rajna l-ewwel azzjoni Tarxiniża, meta Denni Rocha Dos Santos ħarab lid-difiża ta' Birkirkara u b'xutt tajjeb għeleb lill Mora, iżda l-konklużjoni tiegħu għaddiet tħakkek mal-lasta.
Fit-tieni taqsima Birkirkara komplew jiddominaw u fid-59 minuta għamluhom tnejn meta Trevor Cilia deher jitwaqqa' fil-kaxxa minn Steven Sadowski u mill-penalty, SYLVANO COMVALIUS ma żbaljax meta kkonkluda b'faċilità. Iżda fit-62 minuta, Tarxien wettqu reazzjoni denja u reġgħu daħlu fil-logħba meta minn free kick ta' David Camilleri, DENNI ROCHA DOS SANTOS ma żbaljax mill-viċin wara li Mora kien salva l-ewwel xutt.
Birkirkara setgħu reġgħu fetħu vantaġġ doppju fil-65 minuta, iżda Comvalius ikkonkluda barra minn pożizzjoni eċċellenti. Madankollu, fis-76 minuta, il-Karkariżi issiġillaw ir-rebħa meta MICHAEL GALEA ikkonkluda mill-vicin wara li l-goalkeeper Cassar naqas milli jtajjar il-ballun. Fit-82 minuta, Birkirkara għamluhom erbgħa meta SYLVANO COMVALIUS skorja t-tieni penalty tiegħu wara li Luke Vella Critien wettaq handsball fil-kaxxa, li ġie nnotat mill-assistent referee.
Tarxien kellhom ċans inaqqsu d-distakk fil-85 minuta, meta huma wkoll ingħataw penalty. Iżda Mora laqa' tajjeb ix-xutt ftit fjakk ta' Dos Santos. Fid-90 minuta, Birkirkara żiedu goal ieħor mis-sostitut KARL PULO wara ħarba sabiħa, biex b'hekk issiġillaw rebħa komda.
Birkirkara: Jorge Mora, Trevor Cilia (Andreas Galea 88'), Nikola Vukanac, Branko Nisevic, Paul Fenech, Alan Tabone (Joseph Zerafa 70'), Rowen Muscat, Angus Buhagiar, Shaun Bajada (Karl Pulo 87'), Michael Galea, Sylvano Comvalius.
Tarxien Rainbows: David Cassar, Steven Sadowski, Manuel Caruana, David Camilleri, Anderson Mendes Ribeiro, Mark Tanti (Ryan Previ 80'), James Shead (Gianluca Calabretta 60'), Luke Vella Critien, Denni Rocha Dos Santos, Kurt Magro (Warren Zerafa 78'), Lee Galea.
Tarxien Rainbows vs Dingli Swallows 2 - 1 (2 - 0 HT)
Tarxien Rainbows kisbu it-tielet rebha fil-Kampjonat BOV Premier meta ilbierah ma sabux diffikultà biex għelbu lill-aħħar tim tal-klassifika, Dingli Swallows għal tliet punti importanti li reġgħu tellgħuhom fuq minn Ħamrun Spartans fil-battalja kontra r-relegation. Ir-Rainbows gawdew mill-pussess tal-ballun ghal kwazi il-partita kollha izda Dingli kellhom reazzjoni tajba fit-tieni taqsima. Dan ma kienx biżżejjed biex iċċaħħad lir-Rainbows mir-rebħa li kienet ilha ma tasal mit-3 ta' Ottubru.
It-Team ta' Noel Coleiro kellu jghaddi minghajr in-neqsin Anderson Mendes Ribeiro u Stacey Vella li kienu sospizi filwaqt li Ryan Mintoff u Warren Chircop kienu neqsin minhabba injuries. Il-Kowc Jesmond Zammit ta' Dingli kellu l-ahjar formazzjoni possibli meta irritorna ghalihom Andre Rocha Da Silva. 
Il-logħba damet xi ftit biex irrankat u kellna nistennew sat-13-il minuta għall-ewwel azzjoni, meta minn free kick, Denni Rocha Dos Santos fajjar xutt tajjeb, li kien salvat minn Jeffrey Farrugia. Fid-19-il minuta, l-istess Dos Santos daħal fil-kaxxa, ipprova jdur mal-goalkeeper, iżda fl-aħħar mument il-ballun gie mblukkat minn difensur.
Fl-20 minuta, Mark Tanti kellu xutt tajjeb fil-baxx, li mar ftit barra. Dan kien il-preludju għall-goal li wasal fis-26 minuta, meta l-istess MARK TANTI ikkonkluda mill-viċin minn corner ta' David Camilleri. Id-difiza Tarxiniza, immexxija mis-Surmast Everton Antonio Pereira u Lee Galea, raznet tajjeb lil attakanti ta' Dingli li ħolqu l-ewwel azzjoni tagħhom fil-35 minuta meta minn cross ta' Okonkwo, Kurt Formosa ikkonkluda ftit barra.
Fis-37 minuta azzjoni tajba ta' Gianluca Calabretta minn fuq il-lemin li qassam lejn Dos Santos li b'xutt bid-dawra spiċċa mal-lasta. Hames minuti wara reġa' kien Dos Santos li qabeż żewġ difensuri bil-konklużjoni finali tiegħu imxellfa f'corner minn Shaun Tellus. Fil-ħin miżjud qabel il-mistrieħ, Tarxien irduppjaw meta Tellus għamel daħla xi ftit goffa fuq Gianluca Calabretta u r-referee Kevin Azzopardi ordna penalty, li ġie kkonvertit minn DENNI ROCHA DOS SANTOS.
Għat-tieni taqsima, meta kollox kien jidher mirbuh u mitluf, Dingli ħarġu aktar aggressivi u reġgħu daħlu fil-loghba fil-51 minuta, meta wara zball difensiv, JOSEPH OKONKWO kkonkluda fil-baxx minn cross ta' Kurt Formosa. Fis-67 minuta, Tarxien reqsu viċin it-tielet goal b'xutt tajjeb ta' Kurt Magro, salvat tajjeb minn Jeffrey Farrugia.
Fit-82 minuta, Tarxien reġgħu kienu sfortunati meta free kick b'sahhtu ta' Everton Antonio Pereira spiċċa stampat mal-mimduda minn 30 metru. Ħames minuti wara, Dingli spiċċaw b'għaxar players meta tkeċċa Dino Cachia għal foul ikrah fuq Gianluca Calabretta. Fit-89 minuta David Camilleri kellu free kick tajjeb, li għadda jħakkek mal-lasta.
Tarxien Rainbows: Anthony Curmi, Luke Vella, Steven Sadowski, Everton Antonio Pereira, Lee Galea, David Camilleri, Mark Tanti, Andrew Decesare (James Shead 82'), Kurt Magro (Manuel Caruana 75'), Denni Rocha Dos Santos, Gianluca Calabretta.
Dingli Swallows: Jeffrey Farrugia, Renato Garcia Conceicao, Shaun Tellus, Haruna Doda (Clint Caruana 75'), Kurt Formosa, Christian Muscat (Victor Fiteni 46'), Dino Cachia, Kevin Borg, Matthew Borg (Etienne Farrugia 46'), Andre Rocha Da Silva, Joseph Okonokwo.
Tarxien Rainbows vs Hamrun Spartans 0 - 1 (0 - 1 HT)
Tarxien Rainbows kisbu r-raba' telfa fil-Kampjonat BOV Premier meta sfaw mgħeluba minn Hamrun Spartans bl-iskor ta’ 1-0 minkejja li lagħbu għal 75 minuta b’raġel aktar f’logħba li kienet ikkaratterizzata minn mumenti ta’ xita qalila.
L-Ispartans mill-ewwel ħarġu aggressivi u kienu huma li ħolqu l-ewwel azzjoni denja ta’ nota. Fis-seba’ minuta, kontrattakk veloċi ta’ Marcelo Pereira li, min-nofs il-grawnd difiż mit-tim tiegħu, avvanza u fi tliet kwarti ta’ grawnd, qassam fuq ix-xellug lejn Joao Batista Mawete li wiċċ imb’wiċċ ma’ Anthony Curmi bil-gowlkiper tar-Rainbows isalva tajjeb. 
Sitt minuti wara wasal inċident li żgur ikkundizzjona l-andament tal-logħba. Ftit passi ‘l barra mill-kaxxa Ħamruniża, Roderick Fenech deher jagħti daqqa ta’ minkeb lil Anderson Mendes Ribeiro bir-referi, Alan Mario Sant, jinnota kollox u juri l-karta l-ħamra lid-difensur Ħamruniż. Ta’ min jirrimarka li f’dan l-inċident il-gowlkiper Ħamruniż, Ivan Casha, deher iħebb għal Ribeiro iżda f’dan il-każ, ir-referi ma ħa l-ebda pass dixxiplinarju fil-konfront ta’ Casha. Din it-tkeċċija bikrija ħarbtet xi ftit il-pjani ta’ Stephen D’Amato u fil-minuti sussegwenti r-Rainbows kellhom aktar mill-pussess tal-ballun għalkemm xejn ma kienu perikolużi.
Kontra x-xejra tal-logħob, fit-30 minuta, l-Ispartans fetħu l-iskor. Minn freekick mil-lemin ta’ Clyde Camoin, id-difensur tar-Rainbows Kurt Magro xellef il-ballun bir-ras li spiċċa qarraq b’Curmi bil-ballun jispiċċa fix-xibka. Wara dan il-gowl, l-Ispartans bdew jiddefendu tajjeb fl-istess waqt li bdew joperaw bil-kontrattakk fejn hawnhekk spikka Pereira li fuq il-linja laterali tax-xellug kien it-theddida numru wieħed għad-difiża tar-Rainbows. L-aħħar nota tal-ewwel taqsima waslet mat-tokki tal-45 minuta meta Stacey Vella, wieħed mis-sostituti ta’ Tarxien Rainbows, intwera l-karta l-ħamra mir-referi għal xi rimarki li għadda.
Għat-tieni taqsima, ir-Rainbows ħarġu aggresivi jippruvaw jisfruttaw il-vantaġġ numeriku tagħhom u wara żewġ minuti daqqa ta’ ras ta’ Denni Rocha Dos Santos kienet maqlugħa minn fuq il-linja fatali minn Manolito Micallef. Jekk dan kien messaġġ li r-Rainbows kienu se jiftħu xi assedju fuq il-lasta Ħamruniża, fil-verità dan ma kienx il-każ għax għalkemm huma kellhom dominju f’dak li huwa pussess tal-ballun, l-azzjonijiet fuq il-lasta difiża minn Casha kienu ferm skarsi għalkemm ta’ min jirrimarka li d-difiża tal-Ispartans kienet waħda ferm kompatta.
Fid-69 minuta kienu dawn tal-aħħar li resqu qrib li jirduppjaw meta Pereira rċieva ballun ftit passi ‘l barra mill-kaxxa Tarxiniża, u hekk kif ra lil Curmi barra minn postu, illobja l-ballun li għadda għoli fuq il-lasta l-mimduda. Bid-90 minuta dejjem aktar fil-qrib, il-konfużjoni qalb il-plejers tar-Rainbows kienet waħda evidenti u d-diżappunt tagħhom kompla jiżdied meta fit-92 minuta tkeċċa Ribeiro għat-tieni karta safra wara li huwa beda jċapċap f’wiċċ ir-referi talli dan wera karta safra lis-sostitut Tarxiniż Lee Galea waqt attakk tar-Rainbows.
Tarxien Rainbows: Anthony Curmi, Steven Sadowski, Manuel Caruana (Lee Galea 80'), David Camilleri, Gianluca Calabretta, Everton Antonio Pereira, Anderson Mendes Ribeiro, Andrew Decesare (Warren Chircop 63') Denni Rocha Dos Santos, Ryan Mintoff, Kurt Magro (Mark Tanti 46').
Hamrun Spartans: Ivan Casha, Mark Anthony Bonnici, Rupert Mangion, Roderick Fenech, Manolito Micallef, Marcelo Pereira (Mark Barbara 74'), Gaetan Spiteri, Martin Hrubsa, Joao Batista Mawete, Jonathan Holland, Clyde Camoin.
Balzan Youths vs Tarxien Rainbows 1 - 5 (0 - 2 HT)
Tarxien Rainbows kisbu rebħa tajba ta’ 5-1 fuq Balzan Youths f’logħba li fiha huma għarfu jisfruttaw l-azzjonijiet li ħolqu fl-ewwel taqsima filwaqt li fit-tieni taqsima, wara li l-Youths irnexxielhom inaqqsu d-distakk, huma skorjaw tliet gowls mingħajr risposta għal rebħa komda. 
Ir-Rainbows ma setax kellhom bidu aħjar meta fl-ewwel azzjoni tagħhom fetħu l-iskor. Kien fir-raba’ minuta meta Denni Rocha Dos Santos avvanza mal-lemin u l-kross tiegħu sab lil MARK TANTI żmarkat f’tarf il-kaxxa bix-xutt tieghu jispiċċa fir-rokna tax-xibka b’Joshua Galea, mgħotti minn sħabu d-difensuri, megħlub għal kollox. Minkejja dan l-iżvantaġġ bikri, it-tim immexxi minn David Carabott ma qatax qalbu u mill-kwarta logħob ħadu l-kontroll tal-logħob u bdew joħolqu azzjonijiet mill-aktar perikolużi. L-ewwel azzjoni tagħhom waslet fis-17-il minuta meta xutt ta’ Clayton Caruana kien imblukat mid-difiża tar-Rainbows, bil-ballun jispiċċa għand Aaron Agius li x-xutt tiegħu kien salvat minn David Cassar.
Tliet minuti wara l-istess Agius kellu ċans tad-deheb li jagħmel l-iskor indaqs meta rċieva through ball u b’Cassar joħroġ jagħlaq l-anglu, huwa rnexxielu jaqbeż lin-numru 12 Tarxiniż iżda hekk kif sab ruħu f’pożizzjoni angolata, minflok qassam lejn Caruana, huwa pprefera jixxuttja b’Cassar isalva tajjeb. Fid-29 minuta David Fenech qassam lejn Agius fuq il-lemin iżda Everton Antonio Pereira laħaq fil-ħin u kklerja l-periklu.
Ftit minuti wara Agius reġa’ tilef ċans faċli meta waħda quddiem Cassar dam jaħsibha bid-difensuri tar-Rainbows jirkupraw fil-ħin u jbiegħdu l-periklu, biex fl-44 minuta Tarxien għamlu l-iskor 2-0. Xutt mill-isbaħ ta’ KURT MAGRO minn tarf il-kaxxa għeleb għal kollox lil Joshua Galea bil-ballun jaħbat mal-mimduda qabel spiċċa ġewwa.
Għat-tieni taqsima, il-Youths wettqu sostituzzjoni meta Peter Anizoba ħa post Glenn Tanti, u fit-53 minuta huma naqqsu l-marġni tal-iskor. Frikik minn pożizzjoni angolata ta’ IVAN ZAMMIT ħasad għal kollox lil Cassar bil-ballun jispiċċa fix-xibka. Dan il-gowl ta aktar ħajja lit-tamiet ta’ Balzan li jirnexxielhom isalvaw ir-riżultat filwaqt li għar-Rainbows, dik li dehret rebħa bla ebda problemi, saret logħba diffiċli. Iżda għalkemm Balzan intefgħu fuq l-attakk, kienu r-Rainbows li skorjaw fil-61 minuta biex reġgħu ħadu vantaġġ doppju.
Minn korner mil-lemin, Caruana qassam qasir lejn Aquilina b’Denni Rocha Dos Santos jisraq il-ballun u jibda kontrattakk veloċi. Minn tliet kwarti ta’ grawnd avversarju huwa qassam il-ballun lejn Anderson Mendes Ribeiro li ssikkat minn difensur fetaħ fuq ix-xellug lejn GIANLUCA CALABRETTA li egħleb lil Galea b’xutt għar-rokna li stampa mal-wieqfa qabel spiċċa ġewwa. Fit-72 minuta Tarxien prattikament għalqu l-logħba meta skorjaw ir-raba’ gowl. Frikik tas-sostitut DAVID CAMILLERI spiċċa fid-direzzjoni ta’ Ribeiro li, għalkemm ipprova jolqot il-ballun, huwa ma rnexxielux iżda l-moviment tal-attakkant inganna għal kollox lil Galea bil-ballun jispiċċa fix-xibka.
Bil-logħba mirbuħa u mitlufa, ir-Rainbows bdew kemm jista’ jkun iżommu l-pussess tal-ballun, bil-plejers ta’ Balzan jipprovaw ma jaqilgħux aktar gowls. Fid-79 minuta kien save tajjeb ta’ Galea fuq xutt mill-viċin ta’ Calabretta li ċaħħad lir-Rainbows mill-ħames gowl, iżda dan kien il-preludju tal-gowl li wasal żewġ minuti wara. Kross mix-xellug tal-istess Calabretta u ANDERSON MENDES RIBEIRO, minkejja li ssikkat minn żewġ difensuri, b’daqqa ta’ ras għeleb għal ħames darba lil Galea.
Balzan Youths: Joshua Galea, Ivan Zammit, Clint Micallef, David Agius, David Carabott, Rennie Forace, Simon Aquilina, Glenn Tanti (Peter Anizoba 46), Clayton Caruana (Lydon Micallef 77), David Fenech, Aaron Agius.
Tarxien Rainbows: David Cassar, Steven Sadowski, Manuel Caruana (David Camilleri 65), Gianluca Calabretta, Everton Antonio Pereira, Anderson Mendes Ribeiro, Mark Tanti, Andrew Decesare, Denni Rocha Dos Santos (Warren Chircop 74), Ryan Mintoff, Kurt Magro (Lee Galea 85).
"GOAL GHALL-ISTRINA"
Nhar it-Tnejn 7 ta' Dicembru 2009, ser jigi organizzat Football Tournament Specjali sabiex jingabru fondi biex imorru ghall-organizzazzjoni Istrina.
Dan it-Tournament li huwa organizzat mit-team tal-produzzjoni tal-programm Replay, ser jsir fil-Luxol Grounds u li fih ser jippartecipaw tlett timijiet komposti mill-Coaches tal-Premier League kif ukoll il-Coaches Nazzjonali, Team kompost minn ex-players Internazzjonali, kif ukoll Team iehor kompost mir-referees tal-MFRA. Din l-attivita ser tibda fis-7.30pm u ser tinfetah mill-President tar-Repubblika, Dr, George Abela.
Ghall din l-attivita' il-Club ta' Tarxien Rainbows F.C. qieghed jheggeg lill-membri taghha kif ukoll lis-Supporters sabiex jghinu f'din l-attivita billi jaghtu donazzjoni fil-kaxxa li tpoggiet apposta fil-bar tal-kazin. Din id-donazzjoni ser tigi pprezentata mil-Coach Noel Coleiro li ser jiehu sehem ukoll.
Grazzi tal-generozita' taghkom.
Tarxien Rainbows vs Hibernians 1 - 2 (1 - 0 HT)
Zewg goals fl-ahhar 10 minuti idawru rebha f’telfa ghal Tarxien Rainbows kontra l-girien, Hibernians, fid-derby mistenni, meta it-team tar-Rainbows kien dam ghal aktar minn 80 minuta fil-kontroll assolut tal-partita. Hibernians fl-ahhar spiccaw ukoll jilaghbu minghajr il-goalkeeper u l-captain taghhom Mario Muscat, li spicca mkecci mir-referee Clayton Pisani fuq hela tal-hin.
Tarxien Rainbows riedu jippruvaw li l-
loghba kbira li ghamlu kontra
Fl-10 minuta, kien hemm cross shot ta’ Calabretta mil-lemin, li habat mal-mimduda u minuta wara, Ribeiro dahal tajjeb fil-kaxxa izda l-ballun kien salvat
Ir-Rainbows komplew jaghfsu, u fil-25 minuta kien hemm cross perikoluz ta’ Calabretta bil-ballun jasal ghand Denni Rocha Dos Santos li tefa gholi. Fis-36 minuta, kien hemm l-ewwel cans ta’ Hibernians meta 
It-tieni taqsima kienet xi ftit kwieta fil-bidu, u kellna naslu sas-60 minuta ghall-ewwel cans ta’ skor, b’xutt ta’ Dos Santos salvat tajjeb
Izda fit-80 minuta, Hibs inghataw penalty meta Ryan Mintoff deher iwaqqa fil-kaxxa lil Elkien Cauchi u ANDREW COHEN ma zbaljax mill-hdax-il metru. Tlett minuti wara, Hibs marru fil-vantagg meta
Tarxien Rainbows: Anthony Curmi, Steven Sadowski (James Shead 85'), David Camilleri, Gianluca Calabretta, Everton Antonio Pereira, Anderson Mendes Ribeiro, Mark Tanti (Manuel Caruana 58'), Andrew Decesare (Warren Chircop 70') Luke Vella Critien, Denni Rocha Dos Santos, Ryan Mintoff.
Hibernians: Mario Muscat, Edward Herrera (Ryan Camilleri 88'), Adrian Pulis, Jonathan Caruana, Jonathan Pearson, Matthew Tabone (Elkien Cauchi 60'), Triston Caruana, Etienne Barbara, Andrew Cohen, Oleg Malasenoks, Leigthon Grech (Yan Cauchi 66').
Valletta vs Tarxien Rainbows 2 - 2 (2 - 0 HT)
F'logħba bilanċjata bejn żewġ timijiet b'aspirazzjonijiet differenti, kienu Valletta li dehru resqin lejn rebħa komda meta sa tmiem l-ewwel taqsima kienu f'vantaġġ ta' żewġ goals. Iżda doppjetta fit-tieni taqsima mill-Brażiljan, Anderson Mendes Ribeiro, kienet biżejjed għal Tarxien biex salvaw punt minn dan il-konfront u ċaħħdu lill-Beltin mill-ewwel post. 
Fir-raba' minuta kien Terence Scerri li f'żewġ tentattivi mill-viċin impenja lil Curmi, bil-goalkeeper tar-Rainbows isalva tajjeb. L-ewwel azzjoni perikoluża ta' Tarxien waslet fit-23 minuta meta xutt minn free-kick dirett mogħti minn l-eks David Camilleri, ħabat ma' Luke Dimech, bil-ballun jispiċċa f'corner. Il-logħba kienet kwieta, b'Valletta jkunu aktar offensivi u bl-avversarji joperaw b'kontra-attakki veloċi. Fil-25 minuta Terence Scerri qassam lejn Njongo Priso, dan tal-aħħar avvanza bil-ballun u meta ġie wiċċ'imb wiċċ ma' Anthony Curmi xxuttja, bil-goalkeeper isalvalu l-konklużjoni tiegħu b'mod tajjeb.
Fil-41 minuta Valletta fetħu l-iskor meta Jordi Cruyff minn free-kick fuq ix-xellug qassam lejn JAMIE PACE, li b'xutt preċiż għeleb lil Anthony Curmi għal 1-0. Valletta żiedu goal ieħor fl-44 minuta meta Dyson Falzon tefa' cross mix-xellug, Anthony Curmi żbalja fil-ħarġa tiegħu u għalkemm ipprova jbiegħed il-periklu, il-ballun spiċċa għand NJONGO PRISO, li b'xutt mill-ewwel tefa' f'xibka vojta. Matul l-ewwel taqsima l-azzjonijiet kienu ftit, bil-logħob ikun wieħed ta' livell medjokri u għalkemm daħlu jistrieħu b'vantaġġ komdu, kulħadd kien qiegħed jistenna xi ħaġa aħjar, speċjalment mit-tim Belti.
Fit-52 minuta kien l-Olandiż, Jordi Cruyff, li għoddu sab ix-xibka meta b'xutt bid-dawra ra l-ballun jgħaddi jħakkek mal-mimduda. Tarxien reġgħu daħlu fil-logħba fil-61 minuta meta Gianluca Calabretta rċieva ballun fuq ix-xellug, avvanza bih, daħal fil-kaxxa avversarja, qabeż lil A
ndrew Hogg u tefa' cross lejn ANDERSON MENDES RIBEIRO, b'dan tal-aħħar jantiċipa lid-difensuri Beltin u b'xutt sabiħ naqqas id-distakk għar-Rainbows. Iżda d-distakk malajr ġie fix-xejn għaliex fil-65 minuta Tarxien skorjaw it-tieni goal meta Mark Tanti tefa' cross tajjeb u l-istess ANDERSON MENDES RIBEIRO b'daqqa ta' ras stupenda rnexxielu jegħleb lil Hogg.
It-tim ta' Noel Coleiro ttrasforma ruħu fit-tieni taqsima, fejn minflok qatgħu qalbhom minħabba l-iżvantaġġ, baqgħu jilagħbu u spiċċaw ippremjati għall-isforzi tagħhom. Fl-aħħar minuti tal-logħba l-kowċ ta' Valletta, Ton Caanen, daħħal plejers aktar offensivi biex jipprova jiżblokka l-logħob fl-attakk Belti. F'azzjoni partikolari fis-77 minuta kien Terence Scerri li ħela ċans faċli ta' skor meta minn qagħda tajba ixxuttja barra.
Fil-85 minuta Anthony Curmi salva daqqa ta' ras sabiħa tas-sostitut Gilbert Agius, filwaqt li minuta wara xutt mill-viċin ta' Terence Scerri kien għal darb'oħra salvat mill-istess Curmi. Fl-aħħar tal-logħba l-plejers Beltin ħarġu fost xi tisfir tal-partitarji tagħhom, filwaqt li dawk ta' Tarxien ferħu għall-punt prezzjuż li kisbu kontra tim ferm aktar ikkwotat minnhom.
Valletta: Andrew Hogg, Steve Bezzina, Justin Grioli, Luke Dimech, Kenneth Scicluna, Jordi Cruijjf, Dyson Falzon (Gilbert Agius 73'), Jamie Pace, Edmond Agius (Kevin Sammut 73'), Njongo Priso, Terence Scerri.
Tarxien Rainbows: Anthony Curmi, Steven Sadowski, David Camilleri, Gianluca Calabretta, Everton Antonio Pereira, Anderson Mendes Ribeiro, Mark Tanti (Lee Galea 87'), Warren Chircop (Manuel Caruana 71'), Luke Vella Critien, Denni Rocha Dos Santos (Kurt Magro 40'), Ryan Mintoff.
Preparamenti ghall-partita kontra Hibernians
Bi thejjija ghal loghba importanti li t-team taghna ser jilghab kontra Hibernians, din il-gimgha il-Kumitat tat-Tarxien Rainbows Supporters Club iltaqa u d-diskuta diversi temi fosthom il-prepramenti ghal din il-loghba.
Il-Kumitat iddecieda li jorganizza trasport ghal-Ta Qali u lura ghal dawk li jibbukkjaw isimhom sal-Hamis 26 ta' Novembru 2009. Dawk li jixtiequ jattendu u juzaw it-trasport kull ma jridu jaghmlu huwa li jinkitbu ghand il-barman tal-kazin flimkien ma' hlas ta' 2 Euro biss. It-Trasport ser jiltaq minn hdejn il-kazin fis-1.00pm.
Il-Gimgha 27 ta' Novembru 2009, lejlet il-partita, ser jigi organizzat Rally ghas-Supporters fejn ser jindirizzaw lis-Supporters, il-President is-Sur Tony Cassar u il-Coach Noel Coleiro. Dan ir-Rally ser jibda fit-8.30pm fil-Kazin. Inheggu lis-Supporters biex jattendu ghal din l-attivita.
Is-Sibt 28 ta' Novembru 2009 fis-2.00pm fl-Istadium Nazzjonali ser titlaghab il-partita kontra Hibernians. Inheggu lis-Supporters numeruzi sabiex jattendu u jaghti appogg lil benjamini taghna. Ghal din il-partita il-Kumitat iddecieda li jzanzan xi armar gdid.
http://www.youtube.com/watch?v=Z-y_kOD7678
FORZA TARXIEN RAINBOWS
Poloz tar-Raba Round tan-National League 100 Anniversary Cup
Ilbierah filghaxija live waqt il-programm fuq Smash TV, MFA Magazine, telaw il-poloz tar-Raba' Round tan-National League 100 Anniversary Cup.
Fir-Raba Round ta' din it-tazza ser jiehdu sehem 16 il-Club mid-divizjonijiet kollha li rnexxilhom jilkkwalifikaw mit-Tielet Round. Tarxien Rainbows ser jilghabu kontra it-team tal-Ewwel Divizjoni Balzan Youths. Il-loghob tar-Raba' Round mistennija li jintlaghbu fil-5 u 6 ta' Dicembru 2009.
Il-Poloz kollha telaw hekk:
Partita ta' Hbiberija ghat-Team Nazzjonali
It-Team Nazzjonali Malti immexxi mill-Kowc John Buttigieg ghada ser jilghab partita ta' hbiberija kontra il-Bulgarija. Din il-partita ser titlaghab fis-7.00pm fil-Hibernians Stadium.
Ghal-darb' ohra it-Tarxien Rainbows Supporters Club ser jerga jinghaqad mas-South End Core biex flimkien naghtu l-appogg lill-players Maltin.
Inheggu lis-Supporters tarxinizi biex jinghaqdu maghna halli flimkien inkomplu insemghu il-vuci taghna u naghtu support xieraq lejn it-team ta' pajjizna.
FORZA MALTA
Tibdil fil-partita Valletta vs Tarxien Rainbows
Il-partita mill-Kampjonat Premier Valletta vs Tarxien Rainbows li kienet ippjanata li tintlaghab il-Hadd 22 ta' Novembru fil-4.00pm fil-Victor Tedesco Stadium issa inbidlet u ser tintlaghab nhar it-Tlieta 24 ta' Novembru fis-6.30pm fil-Victor Tedesco Stadium.
It-Tlieta | 24 ta' Novembru 2009 | vs | Valletta | 6.30pm | Victor Tedesco Stadium |
Din ser tkun daqqa ta' harta ghall-players taghna fejn wara biss erbat ijiem iridu jilghabu il-partita mistennija kontra Hibernians. Inheggu lis-Supporters biex jibqaw wara it-team f'dan il-mument importanti.
Denni Rocha Dos Santos jirbah l-Unur tal-BOV Player tax-Xahar
Il-Player Braziljan ta' Tarxien Rainbows, Denni Rocha Dos Santos gie ippremjat bhala l-Aqwa Player ghax-xahar ta' Ottubru tal-MFA.
Dan l-Unur kien jixraq hafna lil dan il-player li tant qed ikun strumentali fl-attakk tar-Rainbows. Fix-xahar ta' Ottubru Dos Santos kellu wirjiet tajba hafna specjalment kontra Sliema Wanderers u Msida St. Joseph fejn kien protagonista b'zewg goals.
Dan huwa it-tieni unur ta' din ix-xorta ghal dan il-player fejn kien ukoll gie ippremjat bhala l-Aqwa Player tax-Xahar ghal-April 2009. Denni Rocha Dos Santos ghazel lis-Sorjiet tal-Ursulini f'Hal Tarxien sabiex jibbenifikaw mid-donazzjoni ta' flus li l-BOV taghti marbuta ma' dan il-premju.
It-Tarxien Rainbows Supporters Club tifrah lil Denni Rocha Dos Santos ghal dan l-unur pretigjuz u tawguralu aktar successi ma' Tarxien Rainbows fil-futur.
National League 100 Anniversary Cup - Msida St. Joseph vs Tarxien Rainbows 0 - 5 (0 - 3 HT)
Tarxien Rainbows ftit li xejn tħabtu biex warrbu l-isfida dgħajfa ta’ Msida St Joseph tant li fl-ewwel kwarta logħob kienu diġà żewġ gowls minn fuq u sa minn daqshekk kmieni qatt ma kien hemm dubju mir-riżultat.
Tarxien kellhom lil Steve Sadowski u Manuel Caruana nieqsa, it-tieni wieħed saħansitra lanqas kien fuq il-lista uffiċjali. Min-naħa tagħhom, Msida kellhom liż-żewġ barranin, Levniac u Aganun, flimkien ma’ Kevin Mifsud nieqsa.
Il-logħba mill-ewwel bdiet għat-telgħa għal Msida għax fl-ewwel azzjoni denja, wara sitt minuti, Tarxien fetħu l-iskor. Minn frikik ta’ Rocha Dos Santos, Tyrone Farrugia fit-tentattiv li jikklerja kellu l-isfortuna jitfa’ l-ballun fix-xibka tiegħu stess. Erba’ minuti biss wara, l-istess Farrugia ġie ġġudikat mir-referi Paul Caruana li ffawlja lil Ribeiro fil-kaxxa biex saffar għal penalti. Inkariga ruħu DENNI ROCHA DOS SANTOS li l-ewwel xutt tiegħu ġie salvat minn Bartolo, imma qabeż fuq ir-ribawnd u spara fix-xibka.
Ir-reazzjoni Misidjana qatt ma waslet biex Tarxien komplew jiddettaw u wara li Bartolo salva tajjeb xutt ta’ Ribeiro, fil-35 minuta wasal it-tielet gowl għar-Rainbows. Kien l-istess ANDERSON MENDES RIBEIRO li fajjar ġmiel ta’ xutt minn barra l-kaxxa li forsi seta’ xxellef minn difensur qabel spiċċa fis-saqaf tax-xibka. Ftit wara Tarxien reġgħu skorjaw permezz ta’ Kurt Magro minn azzjoni ta’ frikik, imma l-gowl ġie mħassar għal offsajd ta’ l-istess plejer.
Fit-tieni taqsima Tarxien wettqu sostituzzjoni fejn dahal jilghab Ryan Grech minflok Dos Santos izda sfortunatament dan il-player dam biss 20 minuta fil-pitch wara li rega wegga wara assenza twila minhabba injury f'irkoptu. Msida dehru juru sinjali li setgħu jirkupraw imqar gowl ta’ konsolazzjoni. Minn kross ta’ Micallef, Curmi bir-ras kellu ballun jaħbat mal-mimduda, waqt li Formosa kellu tentattiv li l-gowlkiper Curmi salva tajjeb f’korner. Ftit wara kien Lattes li ttanta xortih b’xutt li Curmi salva wkoll.
Mal-ħin però Tarxien reġgħu ħadu kmand u ma kinitx sorpriża li fis-66 minuta huma żiedu gowl ieħor. Kienet azzjoni mibdija minn Ribeiro, li x-xutt tiegħu ġie salvat parzjalment minn Bartolo, biex daħal GIANLUCA CALABRETTA li wara taħwida quddiem il-lasta tefa’ fix-xibka. Għaxar minuti wara kien l-istess GIANLUCA CALABRETTA li ssiġġilla r-rebħa Tarxiniża bil-ħames gowl, għalkemm kien Ribeiro li reġa’ ħoloq l-azzjoni bil-ballun jiġi mtajjar minn saqajh hekk kif kien se jixxuttja, biex ħadu Calabretta u għeleb lil Bartolo.
Tarxien baqgħu jagħfsu sat-tmiem u kellhom żewġ okkażjonijiet oħra fejn setgħu kabbru l-vantaġġ, imma Bartolo mblokka tajjeb frikik b’saħħtu ta’ Pereira, u ftit wara, wara xogħol tajjeb ta’ Camilleri, kien l-eks Magro li pprova jniżżel ismu fost l-iskorers imma ġie mċaħħad minn Bartolo.
Msida St. Joseph: Manuel Bartolo, Lydon Micallef (Darren Caruana 77'), Rodrick Baldacchino, Cedric Sciberras, Tyrone Farrugia, Adam Spiteri, Andrew Formosa, Karl Ebejer, Adrian Farrugia (Stefano Grima 46'), Emiliano Lattes, Iro Curmi (Kerston Brincat 60')
Tarxien Rainbows: Anthony Curmi, David Camilleri, Gianluca Calabretta, Everton Antonio Pereira, Anderson Mendes Ribeiro (James Shead 79'), Andrew Decesare, Warren Chircop, Luke Vella Critien, Denni Rocha Dos Santos (Ryan Grech 46') (Mark Tanti 65'), Ryan Mintoff, Kurt Magro
Michael Zammit jinghaqad ma' Birzebbugia St. Peter's F.C.
L-Attakant promettenti ta' 20 sena u prodott ta' Tarxien Rainbows F.C., Michael Zammit, inghaqad b'self sal-ahhar tal-istagun mal-Club tat-Tieni Divizjoni Birzebbugia St. Peter's F.C.
Zammit kien jifforma parti mill-iskawdri kollha tat-Tarxien Rainbows Youth Nursery, fosthom kien parti mil-iswadra tal-Under 19 li fl-istagun li ghadda rebah il-Kampjonat Sezzjoni C minghajr l-ebda telfa u gie promoss ghal-Sezzjoni B. Huwa rebah diversi unuri man-Nursery tal-Club fosthom l-aqwa player tal-istagun u l-aktar player promottenti.
Michael Zammit ghamel id-debutt tieghu mal-Ewwel Team ta' Tarxien Rainbows fil-5 ta' Mejju 2007 fil-partita mil-Ewwel Divizjoni kontra Mqabba F.C. li spiccat fi draw ta' 0-0. Huwa skorja goal wiehed biss mal-Ewwel Team izda importanti hafna meta fit-8 ta' Novembru 2008 fil-partita mill-U-BET FA Trophy kontra Msida St. Joseph, kien gab id-draw ta' 2-2 fis-86 minuta, partita li spiccat 4-2 favut it-team tar-Rainbows. B'kollox Zammit laghab 9 partiti mal-Club.
Michael Zammit diga ha sehem f'zewg partiti ma' Birzebbugia St. Peter's u nawguraw li flimkien mal-player taghna wkoll Andy Mangion ikollu stagun mill-aqwa.
National League 100 Anniversary Cup - Msida St. Joseph vs Tarxien Rainbows
Il-partita mit-Tielet Round tan-National League 100 Anniversary Cup ser tintlaghab hekk:
Il-Hadd | 8 ta' Novembru 2009 | vs | Msida St. Joseph | 3.30pm | Victor Tedesco Stadium |
Inheggu lis-Supporters kollha biex ikomplu jissapportjaw lit-team f'dawn il-partiti.
U-Bet FA Trophy - Mosta vs Tarxien Rainbows 1 - 5 (1 - 2 HT)
Tarxien Rainbows ikkonfermaw il-qabza li tezisti bejn iz-zewg kampjonati meta għelbu minghajr tbatija lill-Mosta bl-iskor ta' 5-1 minkejja li laghbu ghal aktar minn siegha b'ragel anqas. Ghall-Kowc Noel Coleiro irritorna bejn il-lasti Anthony Curmi kif ukoll fit-tieni taqsima rajna ir-ritorn ta' Ryan Grech fl-assenza twila minhabba injuries. Ta' min jirrimarka wkoll li Stacey Vella illum iddebutta bil-flokk tar-Rainbows.
Il-partita bdiet wahda movimentata hafna fejn mal-ewwel 11 il-minuta rajna xejn anqas minn tlett goals. Kienu Mosta illi wara biss 7 minuti logħob hasdu lid-difiza Tarxiniza billi marru fil-vantaġġ b'daqqa ta' ras ta' LYDEN MICALLEF minn cross ta' Julian Vella li għeleb lil Anthony Curmi. Tarxien Rainbows wettqu reazzjoni immedjata u zewg minuti wara wasal il-goal tad-draw permezz ta' ANDERSON MENDES RIBEIRO li bir-ras gheleb lil Jonathan Debono minn cross ta' Steven Sadowski.
B'Tarxien fuq l-offensiva, fil-11 il-minuta marru ghall-ewwel darba fil-vantagg meta Andrew Decesare zmarka lil GIANLUCA CALABRETTA illi gheleb in-nassa tal-offside u wicc imb'wicc mal-goalkeeper Mosti tefa' fix-xibka. Fid-29 minuta ir-referee is-Sur Marco Borg kecca lil Andrew Decesare wara li dan ghadda xi rimarki. Lejn l-ahhar tal-ewwel taqsima Tarxien kellhom ic-cans li jkabbru il-vantagg darbtejn permezz ta' Ribeiro izda dan falla meta l-ewwel naqas li jolqot il-ballun min quddiem il-lasi biex imbghad cans tajjeb tefa gholi.
Matul it-tieni taqsima l-andament baqa' l-istess b'Tarxien Rainbows iserrħu rashom mill-kwalifikazzjoni fil-71 minuta meta azzjoni sabiha ta' Denni Rocha Dos Santos, zmarka tajjeb lil ANDERSON MENDES RIBEIRO li minn qaghda tajba gheleb lil Debono. Fil-75 minuta kien GIANLUCA CALABRETTA li għamel l-iskor 4 - 0 minn azzjoni personali meta minn girja sabiha gheleb fil-baxx lil Debono u ghaqqad doppjetta kontra l-ex-team tieghu.
Fid-79 minuta jkun mill-ġdid ANDERSON MENDES RIBEIRO li kiseb l-ewwel hatrick tal-kompetizzjoni meta minn azzjoni personali qabez zewg difesuri u ix-xutt sabih tieghu gheleb ghal kollox lil goalkeeper Mosti ghal skor ta' 5-1.
Mosta: Jonathan Debono, Adrian Borg, Kane Paul Farrugia, Brian Agius, Nanthan Koo-Boothe, Mark Briggs, Julian Vella (Luke Stivala 77'), Melvin Farrugia (Pio Vassallo 74'), Lydon Micallef, Terence Vella, Christopher Pace (Lee Grima 74').
Tarxien Rainbows: Anthony Curmi, Steven Sadowski, David Camilleri (Luke Vella Critien 71'), Stacey Vella, Gianluca Calabretta, Everton Antonio Pereira, Aanderson Mendes Ribeiro (Warren Chircop 1'), Mark Tanti, Aandrew Decesare, Denni Rocha Dos Santos (Ryan Grech 70'), Kurt Magro.
Tarxien Rainbows vs Qormi 1 - 2 (0 - 0 HT)
Tarxien Rainbows naqsu milli jiehdu it-tlett punti minkejja prestazzjoni tajba meta sfaw melghuba minn Qormi bl-iskor ta’ 2-1. Ir-Rainbows, immexxija minn Noel Coleiro, bdew din il-
logħba b’sistema tattika ta’ 4-4-2 b’Denni Rocha Dos Santos u Anderson Mendes Ribeiro jifformw id-duo fl-attakk filwaqt li d-difiża kienet immexxija minn Antonio Everton Pereira u Ryan Mintoff li dahal lura wara sospensjoni.
Din il-logħba mill-ewwel tat l-impressjoni li se tkun waħda mill-aktar kumbattuta, mhux biss fil-grawnd, iżda anki bejn iż-żewġ settijiet ta’ partitarji li t-tnejn niżlu bil-banda ħalli jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-benjamini rispettivi tagħhom.
Qormi bdew aggressivi u fl-ewwel minuti huma ħadu kontroll tal-pussess tal-ballun bir-Rainbows jagħlqu l-ispazji. L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet fis-17-il minuta meta xutt b’saħħtu ta’ Joseph Chetcuti kien imdawwar f’korner b’diffikultà minn David Cassar. Wara din l-azzjoni l-plejers bil-flokkijiet sofor dehru jnaqqsu mir-ritmu tagħhom u r-Rainbows, li l-bieraħ lagħbu bi flokkijiet ħomor, bdew jieħdu l-logħob f’idejhom għalkemm il-logħba baqgħet waħda bilanċjata.
Man-nofs siegħa logħob waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota tat-Tarxiniżi meta minn kross mil-lemin ta’ Mark Tanti, Ribeiro ttanta xortih b’daqqa ta’ ras li għaddiet ftit barra. Tliet minuti wara kien hemm azzjoni personali ta’ Denni Dos Santos li wara li qabeż difensur, minn pożizzjoni angolata fajjar xutt li għadda jħakkek mal-anglu fuq il-lemin tal-lasta difiża minn Matthew Farrugia.
Tarxien komplew ikunu aħjar mill-avversarji tagħhom iżda huma bdew isibuha diffiċli biex jheddu l-lasta Qormija bl-unika azzjoni tagħhom sa tmiem l-ewwel taqsima tasal fit-42 meta xutt mill-viċin ta’ Denni Dos Santos spiċċa barra.
Il-Qriema ma setax kellhom bidu aħjar tat-tieni taqsima meta fit-52 minuta huma fetħu l-iskor. CAMILLO DA SILVA nkariga ruħu għall-frikik minn madwar 30 metru bogħod. L-attakkant Brażiljan fajjar xutt tipiku Brażiljan li ħasad għal kollox lil Cassar. Ir-reazzjoni Tarxiniża għal dan il-gowl kienet waħda mill-aktar fjakka fejn id-duo fl-attakk, Ribeiro - Dos Santos, ma bdewx jirċievu blalen u dan ippermetta lil Qriema jikkontrollaw mingħar wisq diffikultà.
Tarxien ippruvaw iqumu wara dan il-gowl izda minflok, kienu l-Qriema li baqgħu juru l-aħjar logħob u fis-67 minuta huma rdoppjaw. Da Silva żmarka perfettament fuq ix-xellug lil ALFRED EFFIONG, u l-attakkant Niġerjan, minkejja kontroll tal-ballun xi ftit diffikultuż, wiċċ imb’wiċċ ma’ Cassar żamm il-kalma u xeħet il-ballun fir-rokna tax-xibka fost il-ferħ tal-partitarji Qriema.
Bħalma kien il-każ wara l-ewwel gowl tal-Qriema, ir-reazzjoni Tarxinieża baqgħet ma waslitx fejn b’mod partikulari Ribeiro u Denni Dos Santos dehru maqtugħin wisq mill-logħba u anki f’ċirkostanzi fejn kellhom il-ballun f’saqajhom, huma ma kellhomx appoġġ mill-bqija ta’ sħabhom. L-aħjar azzjoni tar-Rainbows waslet fis-77 minuta meta Gianluca Calabretta qabeż difensur fuq il-lemin, u hekk kif daħal fil-kaxxa tal-Qriema dendel kross li għadda tul il-lasta bl-ebda plejer tar-Rainbows ma jkun fil-post it-tajjeb biex jixħet ġewwa.
Tliet minuti wara l-istess GIANLUCA CALABRETTA naqqas il-marġni tal-iskor meta fajjar xutt minn tarf il-kaxxa wara ‘clearence’ ħażina ta’ Ramon Dos Santos, liema xutt ma ta l-ebda ċans lil Matthew Farrugia jsalva. Wara dan il-gowl Tarxien tefgħu kollox fuq l-attakk bit-tama li jwettqu rimonta li dehret impossibbli iżda d-difiża Qormija għarfet tikkontrolla tajjeb l-attakki tar-Rainbows, li bil-ħin dejjem jagħfas, bdew jgħaġġlu wisq fil-logħob tagħhom u ma kienux konkreti.
Poloz tan-National League 100 Anniversary Cup
Ilbierah filghaxija live waqt il-programm fuq Smash TV, MFA Magazine, telaw il-poloz tat-Tielet Round tan-National League 100 Anniversary Cup.
Fit-Tielet Round ta' din it-tazza ser jiehdu sehem il-Clubs kollha tal-Kampjonat Premier u l-Ewwel Divizjoni kif ukoll dawk il-Clubs mit-Tieni u it-Tielet Divizjoni li irnexxilhom jghaddu mit-Tieni Round. B'kollox ser jiehdu sehem 32 team f'dan ir-Round
Tarxien Rainbows telaw mal-ewwel polza kontra it-team mill-Kampjonat Premier Msida St. Joseph. Il-loghob tat-Tielet Round mistennija li jintlaghbu fis-6, 7, 8 u 9 ta' Novembru 2009.
Il-Poloz kollha telaw hekk:

Fenkata organizzata mit-Tarxien Rainbows Supporters Club
Fil-Laqgha tal-Kumitat tas-Supporters Club li saret ilbierah filghaxija, gie deciz li ghandha issir Fenkata fil-kazin nhar l-Erbgha 28 ta' Ottubru 2009.
Din l-attivita ser isservi biex is-Supporters Club tkompli tghaqqad il-membri taghha kif ukoll theggeg lil Supporters ohrajn jidhlu membri maghha.
Din il-Fenkata ser tikkonsissti fi spaghetti u fenek kif ukoll diversi apetizers qabel l-ikel. Il-prezz ser ikun ta' 15.00 Euros u il-booking ghandu jsir jew minghand il-barman tal-kazin jew minghand Keith Darmanin fuq mobile 79494316.
Inheggu lis-Supporters kollha jattendu ghal din l-attivita.
U-Bet FA Trophy - Mosta vs Tarxien Rainbows
Il-partita mil-Ewwel Round tal-U-Bet FA Trophy ser tintlaghab hekk:
Is-Sibt | 31 ta' Ottubru 2009 | vs | Mosta |
| 1.30pm | Centenary Stadium |
Inheggu lis-Supporters kollha biex ikomplu jissapportjaw lit-team f'dawn il-partiti.
Msida St. Joseph vs Tarxien Rainbows 1 - 1 (0 - 1 HT)
Tarxien Rainbows naqsu li jakkwistaw it-tlett punti meta qasmu zewg punti ma' Msida St.Joseph immexxija mill-kowċ Mark Marlow. Tarxien kien ħaqqhom xi ħaġa aħjar, iżda għalkemm għal ħin twil kienu superjuri fuq l-avversarji, xorta waħda ma kienux inċiżivi fil-parti offensiva u b'hekk qatt ma rnexxielhom jagħlqu l-logħba.
Fil-5 minuta Msida ħolqu l-ewwel attakk perikoluż meta Aganun qassam lejn Lattes, dan daħal fil-kaxxa u tefa' cross lejn l-istess Aganun, iżda Steven Sadowski rnexxielu jantiċipah qabel ikkonkluda u l-azzjoni sfumat fix-xejn. L-ewwel attakk offensiv għar-Rainbows wasal fl-10 minuta meta Gianluca Calabretta rebaħ ballun minn saqajn difensur avversarju, avvanza fuq il-linja leminija, daħal fil-kaxxa u tefa' cross insidjuż li għeleb lil Manuel Bartolo, iżda ma sab l-ebda plejer li seta' jikkonkludi.
Il-logħba f'din l-ewwel parti kien aktar favur ir-Rainbows, b'Denni Dos Santos u David Camilleri jmexxu l-attakki. Fis-16-il minuta kien Dos Santos li b'xutt sabiħ minn barra l-kaxxa hedded li jsib ix-xibka, bil-ballun jgħaddi jħakkek mal-wieqfa. Tarxien komplew jattakaw, b'Gianluca Calabretta jkun protagonista għar-Rainbows b'diversi azzjonijiet personali fuq il-linja xellugija. F'okkażżjoni minnhom l-istess plejer għamel ħerba mid-difensuri Misidjani, tefa' cross sabiħ lejn Anderson Mendes Ribeiro, iżda dan tal-aħħar irnexxielu biss ixellef il-ballun bir-ras, liema ballun spiċċa barra.
Fil-fatt Tarxien ftit damu biex fetħu l-iskor. Kien fil-25 minuta meta DENNI ROCHA DOS SANTOS daħal fil-kaxxa avversarja, qabeż erba' plejers avversarji u b'xutt preċiż fir-rokna tax-xibka poġġa lit-tim ta' Noel Coleiro fil-vantaġġ. Goal verament sabiħ li jkompli jikkonferma l-potenzjal enormi ta' dan il-plejer Brażiljan. Tarxien reġgħu marru viċin ftit minuti wara meta Dos Santos qassam lejn Calabretta, b'dan tal-aħħar jikkontrolla l-ballun u b'xutt bid-dawra jikkonkludi ftit għoli.
Fit-tieni taqsima Msida marru viċin li jagħmlu l-iskor indaqs fil-55 minuta meta Emiliano Lattes ħarab lid-difensur avversarju u minn barra l-kaxxa b'xutt sabiħ, impenja lil David Cassar, li salva, bil-ballun jaħbat mal-mimduda u jispiċċa f'corner. Fis-70 minuta azzjoni kontrversjali meta Ribeiro deher li kien sejjer wahdu quddiem il-goalkeeper Misidjan izda gie mwaqqa barra il-kaxxa minn Roderick Baldacchino bir-referee Adrian Casha jurih biss il-karta is-safra. Fil-75 minuta kien żball difensiv ta' Stefano Grima, l-attakkant Ribeiro ħa l-ballun, qassam lejn l-iżmarkat James Shead, iżda dan tal-aħħar ixxutja barra minn qagħda tajba, b'Bartolo joħroġ biex jagħlaq l-angolu.
Iżda fid-79 minuta u kontra x-xejra tal-logħob kienu Msida li rnexxielhom jiskorjaw. Kien cross preċiż mil-lemin ta' Adrian Farrugia u OLUSHOLA AGANUN li kien żmarkat fuq it-tieni lasta, bir-ras irnexxielu jsib ix-xibka. Wara dan il-goal il-Misidjani ħadu l-kuraġġ u żiedu fil-logħob tagħhom, iżda kienu Tarxien li għoddhom skorjaw. Fis-86 minuta Denni Dos Santos irċieva ballun tajjeb, ikkontrollah u b'xutt sabiħ minn gewwa l-kaxxa l-kbira venven il-mimduda, b'Bartolo megħlub u bil-ballun jibqa' sejjer barra. Msida wieġbu b'xutt angolat ta' Lattes li Manuel Bartolo rnexxielu jsalva mal-art u li kellu jkun ukoll l-aħħar xutt tal-logħba.
Msida St. Joseph: M.Bartolo, S.Grima, C.Sciberras, A.Farrugia, K.Mifsud (A.Spiteri 39'), K.Ebejer (A.Formosa 48'), E.Lattes, R.Baldacchino, Z.Levniac, O.Aganun, T.Farrugia
BOV Player tal-Partita: Denni Rocha Dos Santos (Tarxien Rainbows)
Jittellaw il-Poloz tal-U-Bet FA Trophy
Ilbierah filghaxija live waqt il-programm fuq Smash TV, MFA Magazine, telaw il-poloz tal-Ewwel Round tal-U-Bet FA Trophy. Tarxien Rainbows ser jilghabu fl-Ewwel Round ta' kwalifikazzjoni kontra it-Team tal-Ewwel Divizjoni Mosta. Il-loghob tal-Ewwel Round mistenni li jintlaghbu fil-31 ta' Ottubru u fl-1 ta' Novembru 2009. Din is-sena ghal-ewwel darba ser jiehdu sehem ukoll ic-Champions tal-Ewwel Divizjoni ta' Ghawdex li huma Sannat Lions.
Il-Poloz telaw hekk:
Round Preliminari
L-Ewwel Round
Jibda ix-xoghol fuq il-premises il-godda
Illum beda ix-xoghol fuq il-premises il-godda tat-Tarxien Rainbows Supporters Club.
Dan il-premises jinsab minflok il-bar tan-nursery l-antik li bhalissa jinsab maghluq minn meta infetah il-kazin il-gdid. Ghalhekk il-Kumitat Centrali iddecieda li jghaddih f'idejn is-Supporter Club sabiex ikun jista jahzen l-armar u jkunu jistaw isiru xi laqghat ukoll.
Bhalissa inbeda ix-xoghol fejn wara li qieghda issir il-manutenzzjoni mehtiega f'dak li jirrigwardja tikhil u zebgha, ser isiru xkaffef sabiex ikun jista jigi mahzun l-armar li jintrama fil-ground.
Naghmlu appell biex min jista jghin kemm finanzjarjament kif ukoll materjalment nitolbuh li javvicina lil xi membru tal-Kumitat. Nirringrazzjaw lil dawk il-helpers li diga qed jaghtu l-ghajnuna taghhom.
Melvin Pisani jinghaqad ma' Fgura United F.C.
Il-Midfielder ta' 22 sena u prodott ta' Tarxien Rainbows F.C., Melvin Pisani, inghaqad b'self sal-ahhar tal-istagun mal-Club tat-Tielet Divizjoni Fgura United F.C.
Melvin kien jifforma parti mill-iskawdri kollha tat-Tarxien Rainbows Youth Nursery meta fid-9 ta' Jannar 2005 iddebutta mal-Ewwel Team fil-partita mit-Tieni Divizjoni kontra Vittoriosa Stars F.C. li spiccat f'rebha ta' 2-0. B'kollox Melvin Pisani laghab 20 partita bil-flokk tar-Rainbows.
Nawguraw lil Melvin Pisani ghall-stagun mill-aqwa ma' Fgura United F.C.
Tarxien Rainbows vs Sliema Wanderers 3 - 1 (1 - 1 HT)
Wirja stupenda mit-Tarxien Rainbows fir-rebha ta' 3-1 kontra it-team qawwi tas-Sliema Wanderers minkejja lit-team tarxiniz laghab ghal aktar minn siegha loghba b'ragel inqas. It-team ta' Noel Coleiro kellu jghaddi minghajr l-imwegga Anthony Curmi filwaqt li ghall-Stephen Azzopardi kien hemm Alex Muscat nieqes. Il-partita kienet wahda bilancjata fl-ewwel parti fejn rajna hafna loghob f'nofs il-ground.
Tarxien ma qadux jistennew lill-avversarji izda hargu fuq l-attakk
biex fl-20 minuta marru fil-vantagg. Azzjoni bejn Denni Rocha Dos Santos u ANDERSON MENDES RIBERIO b'dan tal-ahhar jispara xutt b'sahhtu minn barra il-kaxxa u gheleb lil Simon Agius. Fil-31 minuta ir-referee is-Sur Paul Caruana kecca lid-difesur Ryan Mintoff wara li ghadda xi rimarki lill Clifford Gatt Baldacchino. Din kienet daqqa ta' harta ghar-Rainbows fejn kellhom jilghabu ghal aktar minn siegha b'ragel inqas. Sliema marru fuq l-attakk biex japprofittaw minn din is-sitwazzjoni u resqu vicin hafna permezz ta' Clayton Failla minn freekick izda David Cassar wettaq save spettakolari. Fil-41 minuta Sliema gabu il-goal tad-draw meta HENRY ISAAC qabbez il-ballun fuq David Cassar minn cross ta' Ivan Woods.
It-tieni taqsima kienet simili bhal tal-ewwel bit-team tar-Rainbows juri determinazzjoni kbira u johrog fuq l-attakk. Fit-53 minuta Tarxien jergaw imorru fil-vantagg meta Ian Ciantar iwaqqa lil Dos Santos fit-tarf tal-kaxxa. Mill-vicin EVERTON ANTONIO PEREIRA spara missila li ghaddiet minn bejn idejn il-goaler slimiz Simon Agius u tefa lill-partitarji tarxinizi f'delirju ta' ferh.
Sliema wettqu diversi sostituzzjonijiet biex jippruvaw igibu id-draw izda kien kollu ghalxejn. Tarxien appellaw ghal penalty meta Clifford Gatt Baldacchino waqqa lil Dos Santos fil-kaxxa izda ir-referee halla il-loghob ghaddej. Mill-istess azzjoni Lucian Dronca waqqa lil Dos Santos barra il-kaxxa. Mill-freekick ta' David Camilleri kien l-istess DENNI ROCHA DOS SANTOS li ghola minn bejn id-difesuri slimizi u bir-ras tefa' fix-xibka ghal-skor ta' 3-1. Sliema ippruvaw minn kollox izda id-difiza tarxiniza u il-goalkeeper David Cassar kienu forma mill-aqwa biex zammew dan ir-rizultat sat-tisfira finali.
BOV Player tal-Partita: Denni Rocha Dos Santos (Tarxien Rainbows)
Jergaw jithabbru il-Fixtures kollha ghall-istagun 2009-2010
Wara il-waqfa tal-Kampjonat BOV Premier minhabba il-kazi ta' korruzzjoni u wara li gew relegati ghall-Ewwel Divizjoni Marsaxlokk F.C. u Vittoriosa Stars F.C., l-MFA habbret il-fixtures il-godda ghall-kumplament tal-istagun.
Day | Date | Time | Game | Home Team | vs | Away Team | Stadium |
|
|
|
|
|
|
|
|
Saturday | 03rd October 2009 | 4.00pm | BOV Premier League | Tarxien Rainbows | vs | Sliema Wanderers | National Stadium |
Saturday | 17th October 2009 | 3.00pm | BOV Premier League | Msida St. Joseph | vs | Tarxien Rainbows | National Stadium |
Sunday | 25th October 2009 | 5.00pm | BOV Premier League | Tarxien Rainbows | vs | Qormi | National Stadium |
Sunday | 22nd November 2009 | 4.00pm | BOV Premier League | Valletta | vs | Tarxien Rainbows | Victor Tedesco Stadium |
Saturday | 28th November 2009 | 2.00pm | BOV Premier League | Tarxien Rainbows | vs | Hibernians | National Stadium |
Friday | 11th December 2009 | 7.30pm | BOV Premier League | Tarxien Rainbows | vs | Hamrun Spartans | Victor Tedesco Stadium |
Sunday | 20th December 2009 | 2.00pm | BOV Premier League | Tarxien Rainbows | vs | Dingli Swallows | Hibs Ground |
Sunday | 27th December 2009 | 2.00pm | BOV Premier League | Birkirkara | vs | Tarxien Rainbows | Hibs Ground |
Monday | 04th January 2010 | 7.30pm | BOV Premier League | Tarxien Rainbows | vs | Floriana | Victor Tedesco Stadium |
Sunday | 10th January 2010 | 4.00pm | BOV Premier League | Sliema Wanderers | vs | Tarxien Rainbows | Victor Tedesco Stadium |
Sunday | 17th January 2010 | 2.00pm | BOV Premier League | Tarxien Rainbows | vs | Msida St. Joseph | Hibs Ground |
Friday | 22nd January 2010 | 7.30pm | BOV Premier League | Qormi | vs | Tarxien Rainbows | Victor Tedesco Stadium |
Sunday | 31st January 2010 | 4.00pm | BOV Premier League | Tarxien Rainbows | vs | Valletta | Hibs Ground |
Saturday | 06th February 2010 | 2.00pm | BOV Premier League | Hibernians | vs | Tarxien Rainbows | National Stadium |
Sunday | 14th February 2010 | 4.00pm | BOV Premier League | Hamrun Spartans | vs | Tarxien Rainbows | Hibs Ground |
Il-Fixtures kollha qeghdin fuq il-pagna Fixtures & Results kif ukoll ser jibghatu bil-posta lil Membri kollha tat-Tarxien Rainbows Supporters Club. Inheggu lis-Supporters biex jattendu ghal-dawn il-partiti u nkomplu naghtu l-appogg lit-team taghna.
Floriana vs Tarxien Rainbows 1 - 1 (1 - 0 HT)
F’logħba mill-aktar bilanċjata, Floriana u Tarxien Rainbows ħadu punt kull wieħed meta temmew il-logħba ta’ bejniethom 1-1. Ghal Tarxien dan kien ir-raba’ punt biż-żewġ timijiet jibqgħu f’nofs il-klassifika.
Għalkemm il-logħob li rajna tul id-90 minuta kien wieħed bilanċjat, żgur li kieku r-Rainbows rebħu din il-logħba ma kienu jisirqu xejn meta kellhom aktar okkażjonijiet ta’ skor mill-avversarji tagħhom. Kemm Floriana u anki Tarxien Rainbows bdew din il-logħba b’xi plejers regolari neqsin. Għar-Rainbows kien hemm neqsin Anthony Curmi u Ryan Grech, ukoll minħabba injuries u Stacey Vella, sospiz, b’Anderson Mendes Ribeiro jirritorna għalihom wara logħba sospensjoni.
It-tim immexxi minn Noel Coleiro mill-ewwel kellu bidu aggressiv tant li wara erba’ minuti huma resqu qrib li jiftħu l-iskor meta xutt minn tarf il-kaxxa ta’ Everton Antonio Pereira ġiegħel lil Bernard Paris itir minn tulu u jdawwar il-ballun f’korner. Tarxien komplew ikunu l-aħjar tim, bit-tim immexxi minn Roddy Collins jibbaża l-logħob tiegħu fuq blalen fit-tul li xejn ma kienu effettivi. Fit-18-il minuta reġgħu kienu r-Rainbows li resqu qrib meta minn kross mix-xellug ta’ Mark Tanti, Gianluca Calabretta antiċipa l-ħarġa ta’ Paris iżda x-xutt tiegħu mill-qrib għadda jħakkek mal-wieqfa fuq il-lemin ta’ Paris.
Kontra x-xejra tal-logħob, fis-36 minuta Floriana fetħu l-iskor. B’Denni Rocha Dos Santos mal-art qrib il-kaxxa Furjaniża, ir-referee Adrian Azzopardi ghazel jkompli l-loghba b’Joseph Borg iqassam mill-ewwel lejn SUNDAY WAZIU li wara li avvanza mal-lemin, hekk kif daħal fil-kaxxa fajjar xutt fil-baxx li ma ta ebda ċans lil David Cassar isalva. Ta’ min jirrimarka li dan il-gowl ġab protesti kbar mill-plejers Tarxiniżi li bil-plejer tagħhom mal-art, ippretendew li l-ballun jintrema barra biex Denni Rocha Dos Santos jkun jista’ jiddewwa.
BOV Player tal-Partita: Gianluca Calabretta (Tarxien Rainbows)
Tarxien Rainbows Supporters Club jiehdu sehem f'EPOKA

F'attivita go Hal Tarxien organizzata mis-Sezzjoni Zaghzagh u Partitarji, it-Tarxien Rainbows Supporters Club kienu ukoll prezenti bl-istand taghna.
Matul din l-attivta ingabru donazzjonijiet ghal banner il-gdid li ser jibda jinhadem kif ukoll dahlu xi membri godda.
Nirrigrazzjaw lis-Sezzjoni Zaghzagh u Partitarji talli tawna l-opportunita' li niehu sehem f'din l-attivita'
Rizultati ta' timijiet ta' Tarxien Rainbows matul l-ahhar gimgha
Under 19 Section B |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
19-09-2009 | Mellieha | vs | Tarxien Rainbows | 2 - 0 |
|
|
|
| |
Under 17 Section B |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
13-09-2009 | Tarxien Rainbows | vs | Kirkop United | 2 - 0 |
23-09-2009 | Tarxien Rainbows | vs | Pembroke Athleta | 0 - 3 |
|
|
|
|
|
Under 15 Section B |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
21-09-2009 | Kirkop United | vs | Tarxien Rainbows | 3 - 3 |
Fil-granet li gejjin ser tinfetah pagna gdida fuq dan is-sit fejn ser ikun hemm Il-partiti u il-klassifika tat-timijiet l-ohra tal-Club taghna.
Warren Chircop jiskurja mat-Team Nazzjonali tal-Under 21
Warren Chircop rega' nizzel l-ismu bhala wiehed mill-iskorers tat-Team Nazzjonali tal-Under 21 wara li gab id-draw fil-partita kontra Wales Under 19.
Chircop dahal bhala sostitut fl-ahhar 15 il-minuta f'din il-partita u skorja il-goal li bih gab id-draw fit-79 minuta wara li t-team ta' Wales kien mar fil-vantagg fl-ewwel taqsima.
Din kienet parita ta' hbiberija li ntlaghabet fit-training grounds f' Ta' Qali bi preparament ghall-partita importanti li jmiss kontra Franza.
Tarxien Rainbows ikomplu l-impenji taghhom kontra Floriana
Hekk kif gew imhabbra d-dati tal-partiti ghal-weekend li jmiss it-team taghna issa ser jilghab il-partita importanti kontra Floriana nhar il-Hadd 27 ta' Settembru 2009, fl-4.00pm fil-Ground Nazzjonali Ta' Qali.
Aktar il-quddiem ser jigu imhabbar il-Fixtures il-godda ghal kumplament tal-istagun.
Inheggu lis-Supporters biex jattendu ghal din il-partita u naghtu l-appogg lill benjamini taghna biex inkomplu fejn hallejna fl-ewwel zewg loghbiet.
Ser ikun provdut trasport li jitlaq minn hdejn il-kazin fit-3.00pm ghal hlas biss ta' 2.00euros.
Il-Kampjonat BOV Premier lura ghan-normal fis-26 ta' Settembru

Msida St. Joseph F.C. u Hamrun Spartans se jiehdu post Vittoriosa Stars F.C. u Marsaxlokk F.C. rispettivament fil-Kampjonat Premier. Dan gie deciz ilbierah filghaxija fil-Laqgha tal-Kunsill tal-MFA gewwa Ta' Qali.
Il-Kunsill qabel li ir-rizultati tal-partiti li intlghabu s' issa ghandhom jibqaw, hlief ghal dawk li fihom kienu involuti it-timijiet ta' Vittoriosa Stars F.C. u Marsaxlokk F.C. li huma meqjusa nulli. Il-Kampjonat Premier ser ikompli fil-25 ta' Settembru bil-partiti li jkun imiss huma dawk skedati tat-tielet gurnata li huma: Msida St. Joseph vs Qormi, Floriana vs Tarxien Rainbows, Hibernians vs Dingli Swallows, Birkirkara vs Hamrun Spartans u Sliema Wanderers vs Valletta.
Sadanittant gie deciz li l-kalendarju ta' partiti skedati ghax-xhur ta' Settembru, Ottubru, Novembru u Dicembru ser jinbidlu biex b'hekk ikunu jistghu jidhlu dawk il-partiti li intilfu. Ghalhekk fil-granet li gejjin nistennew li johorgu set ta' Fixtures godda.
Rigward is-Suq ta' Trasferimenti gie deciz li l-Regolamenti tal-MFA ghandhom japplikaw, igifieri il-klabbs kollha inkluz Msida St. Joseph F.C. u Hamrun Spartans jistaw jirregistraw players professjonali li kienu bla kuntratt sal-31 ta' Awwissu. Is-Suq ta' Trasferimenti jerga jiftah fit-2 ta' Jannar 2010.
Omar Grech jinghaqad b'self ma' Mqabba F.C.
Omar Grech, midfielder ta' 30 sena u prodott ta' Tarxien Rainbows F.C., inghaqad ma' Mqabba F.C. b'self sal-ahhar tal-istagun 2009-2010.
Omar Grech huwa wiehed mill-players li l-aktar laghbu bil-flokk tar-Rainbows. Huwa ghamel id-debutt tieghu fil-31 ta' Jannar 1998 fil-Kampjonat Premier fit-telfa kbira 5-1 kontra Sliema Wanderers F.C. B'kollox Omar Grech laghab 164 partiti fil-Kampjonat Premier, fl-Ewwel Divizjoni u it-Tieni Divizjoni f'daqqa u skorja 13 il-goal.
Nawguraw lil Omar Grech li jkollu stagun mil-aqwa fl-Ewwel Divizjoni.
Michud l-Appell ta' Vittoriosa Stars F.C.
Il-Bord tal-Appell tal-MFA, f' seduta ilbierah filghaxija fil-Kwartieri Generali tal-MFA, ma laqghax l-appell ipprezentat minn Viitoriosa Stars F.C. kontra d-decizjoni tal-Bord ta' kontra il-Korruzzjoni mehuda fl-24 ta' Awwissu 2009 fejn Vittoriosa Stars F.C. kienu relegati mill-Kampjonat Premier ghall-Ewwel Divizjoni b'effett immedjat u mmultati €4000.
Vittoriosa Stars F.C. issa ghandom ic-cans li jiehdu il-kaz quddiem it-Tribunal tal-Arbitragg Indipendenti tal-MFA.
Marsaxlokk F.C. relegati ghall-Ewwel Divizjoni
ltati €4,000 u relegati għall-ewwel diviżjoni. Il-multa trid titħallas lill-MFA qabel jibda l-league u f'każ li dan ma jsirx, l-ewwel team ta' Marsaxlokk ma jitħalliex jipparteċipa f'logħob tal-MFA.Hamrun Spartans vs Tarxien Rainbows 2 - 2 (1 -1 HT)
Illum inlaghabet partita ta' hbiberija ohra gewwa il-Victor Tedesco Stadium kontra Hamrun Spartans li spiccat fi draw ta' 1-1.
Kienet partita kkumbattuta bejn iz-zewg timijijet u kemm fuq naha u kemm fuq ohra rajna azzjonijiet interessanti. Ir-Rainbows hargu tajjeb biex ifittxu il-goal bit-team tal-Hamrun jiddefendi kif jista'. Fl-20 minuta Tarxien hasbu li marru fil-vantagg b' goal ta' Ribeiro izda l-assistent referee hassar il-goal ghall-offside. Fit-22 minuta azzjoni sabiha ta' Warren Chircop li minn xutt minn fuq ix-xellug ra l-ballun jistampa mal-lasta.
Fil-25 minuta Tarxien komplew jafsu u marru fil-vantagg meta pass tajjeb ta' Denni Rocha Dos Santos lejn ANDERSON MENDES RIBERIO li gheleb in-nassa tal-offside u tefa' fix-xibka minghajr problemi. Fil-35 minuta Tarxien kellom goal iehor imhassar din id-darba ta' Luke Vella Critien meta dan hareg qabel fil-freekick ta' Pereira. Hames minuti wara Hamrun Spartans gabu id-draw minn freekick stupend ta' RUPERT MANGION li gheleb lil Curmi.
Fit-tieni taqsima rajna lil Hamrun aktar avventuruzi fuq l-attakk u r-Rainbows naqsu hafna mir-ritmu taghhom. Fil-65 minuta rajna xutt sabih ta' Manolito Micallef izda Anthony Curmi wettaq save tajjeb. Fil-75 minuta azzjoni ohra bejn Gaetan Spiteri u Rupert Mangion b'dan tal-ahhar jitfa barra. Ftit minuti wara Tarxien kellom iwettqu sostituzzjoni minhabba li wegga il-goalkeeper Anthony Curmi u minfloku dahal il-goalkeeper ta' taht id-dsatax il-sena Daniel Pryke.
Hamrun komplew jafsu u marru fil-vantagg meta GAETAN SPITERI gie zmarkat wahdu fil-kaxxa u xutt fuq il-lemin gheleb lil Pryke. Hekk kif ir-referee kien ser isaffar it-tisfira finali fit-92 minuta, corner ta' Gianluca Calabretta bil-ballun jispicca ghand JAMES SHEAD u dan spara xutt tajjeb biex ghamel l-iskor finali indaqs ta' 2-2.
Tarxien Rainbows laghbu b'din il-formazzjoni: A.Curmi (D.Pryke), S.Sadowski, A.Decesare (M.Pisani), L.Galea (S.Vella), E.Pereira, D.Camilleri (K.Magro), M.Caruana, L.Vella Critien (G.Calabretta), W.Chircop (M.Tanti), D.Dos Santos (M.Zammit), A.Riberio (J.Shead).